L-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħabbret pjan għall-iżvilupp ta' kumpless sportiv ta' 60,000 metru kwadru fil-Marsa. Għal dan il-għan ġie ppublikat dokument, u l-pubbliku jista' jibgħat is-sottomissjonijiet dwaru lil ghlp@pa.org.mt sa' l-10 ta' Lulju.
F'dan ir-rigward ktibt lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tlabt li jkun hemm proċess ta' studji dwar impatti soċjali (SIA). Il-proposti tiegħi dwar SIAs jistgħu jinqraw f'link hawn taħt.
Ta' min ifakkar li sena ilu l-istess Awtorita' ħabbret pjan biex ikun hemm proċeduri għal dawn it-tip ta' studji, iżda s'issa dawn qatt ma tħabbru.
Huwa importanti ħafna li proposti ta' żvilupp jinkorporaw SIA sabiex ikun hemm evalwazjoni u konsultazzjoni kontinwa dwar l-impatti soċjali ibbażati fuq l-evidenza. B'hekk stakeholders bħar-residenti ikunu parteċipi fid-deċiżżjonijiet dwar il-lokalità tagħhom.
Links: