Sunday, May 03, 2020

#Ħsibijiet (35) 95c

Illum il-Gvern ħabbar li l-prezz massimu għal bejgħ ta' Surgical Masks ser ikun  95c u li l-prezz massimu għall-visors protettivi ser ikun ta’ €5. 
Filwaqt li hu tajjeb li l-Gvern intervjena fuq din il-materija f'din l-emerġenza medika, ikun tajjeb ukoll li l-istess Gvern jispjega għalfejn il-prezz massimu tal-maskri f'Malta huwa kważi d-doppju tal-prezz fil-pajjiż ġar tagħna l-Italja, fejn il-prezz massimu hu 50c. 
Ikun tajjeb ukoll jekk il-Gvern jiżgura li  jkun hemm sistema li permezz tagħha kemm l-awtoritajiet kif ukoll il-konsumatur ikunu jistgħu jivverifikaw jekk il-maskri varji li qed jinbiegħu, anke fuq il-media soċjali, ikunu konformi ma' standards rispettivi. 
Sa dan it-tant, l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħarġu d-dokument dwar kif għandhom jintużaw il-maskri. Dan jista' jinqara minn dak il-link: https://deputyprimeminister.gov.mt/en/health-promotion/Documents/Guidance%20on%20the%20Use%20of%20Face%20Masks%20for%20decreasing%20COVID-19%20Transmission_May2020_LV.pdf