Skond il-Ministru tal-Finanzi, il-popolazzjoni ser tilħaq is-600,000 sa l-aħħar tal-leġislatura u t-800,000 sa l-2040, jekk nibqgħu bl-istess mudell ekonomiku. Fl-istess ħin, il-Ministru tat-Turiżmu jidher li jrid iktar minn 3 miljun turist fis-sena. U l-permessi għall-iżvilupp jibqgħu ħerġin qisu għada qatt m'hu ġej. Diġà qed naraw kollass ta' l-infrastruttura. Aħseb wara x'inhu ġej jekk nibqgħu hekk.
Saturday, July 20, 2024
#Ħsibijiet (108) Riċerka fuq l-Ixkaffa
Meta nirrifletti dwar il-qtugħ ta' dawl, sptar li ma jistax ilaħħaq, bajjiet bid-drenaġġ, bankini perikolużi, ekonomija tac-cheap labour impurtat, eċċ , ma nistax ma naħsibx f'dik ir-riċerka kollha li ssir minn akkademiċi u studenti u li tibqa fuq l-ixkaffa. X'ħela ta' riżorsi!
Monday, July 08, 2024
#Ħsibijiet (107) Gig economy minn fuq dahar il-ħaddiem
L-istrajk tal-ħaddiema tal-Bolt terġa tqajjem mistoqsija importanti: X'sar minnu d-diskors li sħubija f'unjin tal-ħaddiema għandha tkun obligatorja? Jew din għandha tibqa volontarja? Jew forsi għandha tkun obligatorja f'ċerti setturi? Hemm alternattiva aħjar biex jiġu negozjati kundizzjonijiet ta' xogħol diċenti? U wara kollox, il-ħaddiem fil-prekarjat kemm għandu għażla? Jew hawn xi aġenda biex il-ħaddiem ma jkollux saħħa li jinnegozja kundizzjonijiet ta' xoġħol aħjar?
Qed naraw kif id-dipendenza ekonomika fuq it-tkabbir tal-popolazzjoni qed ikollha impatti varji, bħall-infrastruttura li ma tiflaħx għall-pressjoni; prezzijiet tal-propjeta' impossibli; xogħol prekarju..... Biex tkompli tgħaxxaqha il-pajjiż m'għandux politika olistika u komprensiva dwar l-assessjar ta' l-impatti.
Subscribe to:
Posts (Atom)