Fil-konferenza stampa tal-lejla, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni Adrian Delia kien ċar, ġust u meqjus.
Fuq kollox wera li mhux lest juża l-kriżi tal-Coronavirus għal skopijiet irħas. Il-lejla kkonfermajna li l-Partit Nazzjonalista jpoġġi lill-persuna u s-saltna tad-dritt qabel il-konvenjenza.
Pajjiżna qed jiffaċja sfidi kbar, u l-inqas li għandu bżonn f'dan il-mument hi pika partiġġjana.
Sa dan it-tant, fil-kwistjoni ta' l-immigrazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea saħqet li l-Gvern għadu ma talabx formalment għal għajnuna operazzjonali jew finanzjarja mill-UE. Aqra iktar hawnhekk: https://timesofmalta.com/articles/view/malta-has-not-asked-for-additional-migration-support-eu.786305
Tista' tara l-konferenza stampa ta' Adrian Delia minn dan il-link: https://www.facebook.com/adriandeliapn/videos/2579890308994881