Saturday, June 16, 2018

Kandidatura MEP / MEP Candidature - Michael Briguglio

(English version follows)

Ħbieb,

Fl-2019 ser nagħlaq 25 sena attiv fis-soċjetà ċivili u fil-politika.

Matul dawn is-snin tgħallimt li leħen is-soċjetà ċivili jista' jkun b'saħħtu u qawwi. Kont attiv f'kampanji li rnexxew, bħal dawk għas-sħubija fl-UE, il-ħarsien tal-ambjent, id-drittijiet ċivili u l-istipendji tal-istudenti kif ukoll kwistjonijiet lokali fir-rwol tiegħi ta' kunsillier lokali mill-2003. Tkellimt dwar kwistjonijiet bħall-governanza tajba, id-drittijiet tal-ħaddiema u d-drittijiet tar-residenti.

Ir-rwoli tiegħi varjaw tul dawn is-snin, iżda l-għan tiegħi ta' soċjetà aktar demokratika, inklużiva, deċenti u ħanina dejjem baqa' l-istess.

Ftit ġimgħat ilu l-Partit Nazzjonalista stedinni nikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Ħsibt u rriflettejt dwar din l-istedina u xi jiem ilu ddeċidejt li naċċetta.

Permezz tal-kandidatura tiegħi, nixtieq inkun ħolqa bejn in-nies, is-soċjetà ċivili u l-Unjoni Ewropea. Nixtieq nirrappreżenta l-valuri tas-solidarjetà, il-ġustizzja, id-dinjità u s-sostenibbiltà u nixtieq naħdem fl-aħjar interess ta' pajjiżna mal-kandidati sħabi.

Qatt ma kont baħri tal-bnazzi, u mhux ser inkun issa. Ser inleħħen it-tħassib tan-nies b'mod sensibbli. L-appoġġ tagħkom ser jgħinni niġġieled mingħajr biżà għal dak li hu sewwa.

Nittama li tirbaħ ir-rieda tajba,

Michael Briguglio
#malta #riedatajba
-

Dear friends,

2019 will mark my 25th year as an activist in civil society and politics. 

During these years I learned that the voice of civil society can be strong and powerful. I was active in successful campaigns such as EU membership, environmental protection, civil rights, students' stipends as well as local issues in my role as local councillor since 2003.  I spoke about issues such as good governance, workers' rights and residents' rights. 

My roles varied during these years, but my goal for a more democratic, inclusive, decent, solidaristic society always remained the same. 

A few weeks ago the Nationalist Party approached me to contest the European Parliament elections. I deliberated and reflected on this invitation and some days ago I decided to accept.

Through my candidature I want to be a bridge between common people, civil society and the European Union. I want to represent the values of solidarity, justice, dignity and sustainability and I  will work in the best interests of the country with my fellow candidates. 

I was never a fair weather sailor, and I won't be now. I will voice people's concerns in a reasoned way. Your support will help me fight for what is right, to speak up without fear or favour. 

May goodwill prevail,

Michael Briguglio