Paradoss ta’
zminijietna hu li filwaqt li l-bliet u l-irhuha qed jikbru, is-socjeta’ qed tkun karattierzzata ukoll
minn nuqqas ta’ sens ta’ komunita’, individwalizazzjoni f’oqsma varji tal-hajja
u nies li jhossuhom wahidhom qalb il-folla.
Ha naghmilha cara:
Jien nemmen li l-individwalizmu hu pedament importanti ta’ demokrazija liberali
li tpoggi lill-persuna fic-centru tal-politika. Huwa tajjeb li jkollna
l-identita’ u l-ideali taghna, u huwa tajjeb li jkollna l-opportunita’ li navvanzaw
f’hajjitna. Izda in-naha l-ohra tal-munita turina li kemm il-darba jkollna
quddiemna toroq difficli, fejn ma jkollniex ghazla hlief li naghzlu direzzjoni
jew ohra minghajr ma nkunu nafu ezatt fejn ser twassalna.
F’dan il-paradoss
insibu li hemm bosta nies li jhossuhom wahidhom. Ma jhossuhomx parti
mill-komunita’ jew minn xi grupp socjali. Forsi ghandhom nuqqas ta’
interazzjoni ma’ familjari u hbieb, u forsi jbatu minn mard fiziku jew
mentali.
Fatturi socjologici u
psikologici jistghu ikollhom effett kbir fuq l-integrazzjoni socjali ta’
l-individwu. Per ezempju hemm studji li juru l-hbiberiji huma important hafna
ghas-sahha ta’ persuni anzjani.
Nies ta’ etaijiet
differenti jistghu ihossuhom wahidhom meta jkun qed jaggustaw ghal bidliet
f’hajjithom, jew meta jkunu qed jipprovaw isibu sit socjali fejn jintegraw. Dan
jista’ jigri fil-process edukattiv, fuq il-post tax-xoghol, u anke
f’relazzjonijiet personali li jkollu l-indivdwu.
Meta navvanzaw fl-eta’
nistghu ukoll niffacjaw sfidi ghall-identita’ taghna. Dan il-process jista’
jkun wiehed felici izda jista’ jkun ukoll wiehed fejn insibuha difficli
nintegraw ghall-kuntest gdid. Per ezempju kemm il-darba nisimghu dwar persuni
ta’ eta’ anzjana li taqbadhom dipressjoni meta’ jsiru penzjonanti ghax isibu
quddiemhom vojt li jidher etern.
Ghalhekk huwa
importanti li l-politika socjali tipprovva ssahhah il-komunitajiet
fis-socjeta’. Dawn jistghu ikunu komunitajiet lokali, fuq il-post tax-xoghol u
fl-edukazzjoni, u jistghu ikunu ukoll
komunitajiet ta’ persuni b’esperjenzi, gosti jew kulturi simili. Investiment
ikbar fil-kunsilli lokali, fl-ghaqdiet non-governattivi u f’inizjattivi
edukattivi, socjali u kulturali jistghu jghinu f’dawn ir-rigward.
Tajjeb ukoll li
l-politika socjali tipprova tnaqqas il-faqar u l-inugwaljanza, li kemm il-darba
jwasslu ghal nuqqas ta’ integrazzjoni socjali ta’ bosta’ nies. Dan jista’
jirrizulta meta bosta inizjattivi jew opportunitajiet ikunu kummercjalizzati b’tali
mod li jeskludu certu nies minhabba l-prezz taghhom.
Kuncett important biex
jikkumbatti s-solitudni hu dak tal-kapital socjali. Hawnhekk socjologi,
ekonomisti u psikologi jirreferu ghal fatturi bhan-netwerks f’hajjitna, kemm
wiehed jafda lil dawk ta’ madwaru u r-reciprocita’. Ghall kuntrarju, fatturi
bhall-koruzzjoni, individwalizmu sfrenat, ghettos socjali u nuqqas ta’
komunikazzjoni jistgu inaqqsu l-kapital socjali.
F’socjeta’ fejn il-partiti
politici ghandhom prezenza kbira f’oqsma varji tal-hajja, huwa importanti li
tigi valorizzata politika li temfasizza
kemm il-kapital socjali, u mhux wahda li tisfrutta lil bniedem peress ta’
processi fejn il-vot jispicca arma biex nikkompettu ma’ xulxin ghall-privileggi.
Tajjeb ukoll li l-politika tippromwovi bilanc ta’ drittijiet u dmirijiet, biex
b’hekk l-individwu ikun verament parti mis-socjeta’ ta’ madwaru.
Dan l-artiklu deher fil-Mument, 1 ta' April 2018.