Hekk kif il-Gvern bihsiebu jbiddel
il-ligi tal-IVF, tajjeb li ninnutaw li l-gvern irid jintroduci s-surrogacy
f’Malta.
Jien ghandi riservi qawwijin
ghas-surrogacy, u hawnhekk naqbel ma’ bosta hsibijiet li jvarjaw minn dik
feminista ghal dik kattolika. F’bosta pajjizi Ewropej is-surrogacy hi illegali,
u f’xi pajjizi hi permessa s-surrogacy ‘altruista’. Il-Parlament Ewropew talab
lill-pajjizi msiehba fl-UE biex ma jippermettux is-surrgacy.
Fl-opinjoni tieghi,
is-surrogacy irendi l-gisem tal-mara oggett li jista’ jigi sfruttat u
komodifikat. Il-mara ssir fabbrika, ma tistax tissejjah ‘omm’ u d-drittijiet
tal-wild huma pratikament inezistenti. L-ewwel jigi il-klient. Dan l-argument
jghodd ukoll ghas-surrgacy ‘altruista’.
Kif nistghu qatt inkunu nafu
li surrogacy tkun verament ‘altruista’, li ma saret l-ebda pressjoni socjali
fuq il-mara u li m’hemmx flus klandestini involuti? Il-Gvern ghamel ricerka
biex jara min huma dawk li jintuza gisimhom ghas-surrogacy? Qieghed jikkunsidra
l-possibilita’ li dawn in-nisa jista’ jkollhom inqas poter socjali mill-klienti
taghhom?
U x’jigri jekk is-surrogacy ma
jmurx skond il-pjan? Nghidu ahna jekk l-omm tkun trid izzomm it-tarbija, jew
jekk il-klienti ma jridux it-tarbija. Jew jekk jinqala xi mard?
Ma nistax nemmen kif gvern li
jsejjah lilu nnifsu feminista qieghed jinjora kwistjonijiet etici u qed
jipprova jevita diskussjoni infurmata u matura.
Iktar ma jmur iktar qed nersqu
lejn gvern bla ruh, ‘a soulless state’, fejn il-politika tal-gvern trendi
kollox prodott ghall-isfruttar. Il-gisem uman ser jizdied mal-lista fejn diga’
nsibu c-cittadinazna, l-ambjent u l-art pubblika.
Jehtieg li attivisti, politici
u esperti fix-xjenzi medici u socjali izidu l-pressjoni biex il-Gvern ma
jkomplix ghaddej b’din il-politika ta’ komodifikazzjoni tal-gisem uman.
Dan l-artiklu deher fil-Mument, 29 ta' April 2018