Michelle Obama dan l-ahhar ghamlet analogija interessanti
ferm dwar id-differenzi bejn l-eks President Amerikan Barack Obama u
l-President attwali Donald Trump.
Obama qalet hekk: “Nahseb qed naraw x’jigri meta thalli
kollox ghaddej. Ghal tmien snin, meta Barack kien president, wiehed kien ihossu
li hemm ‘genitur tajjeb’ id-dar: Genitur responsabbli, dak li jghidlek biex
tiekol il-karrotti u biex torqod x’certu hin. Illum ghandna l-genitur l-iehor.
Dak li jahseb li qed niehdu gost, ghax issa nistghu nieklu l-helu l-gurnata
kollha, nibqghu imqajmin sa x’hin irridu u ma nsegwux regoli”.
Kliem Michelle Obama huwa tassew applikabbli ghal Malta.
Il-Gvernijiet Nazzjonalisti bejn l-1987 u l-2013 ma kienux perfetti,
izda gabu tibdil importanti fil-pajjiz bhad-demokrazija liberali, il-liberta’
ta’ l-espressjoni, il-pluralimzu tax-xandir u tas-socjeta’ civili,
l-eliminazzjoni tal-vjolenza mill-apparat ta’ l-istat, zvilupp ekonomiku u
socjali, shubija fl-Unjoni Ewropea u shubija fl-Ewro. Meta kien hemm maltemp
ekonomiku globali wara l-krizi tal-2008, Malta zammet sod u baqghet mixja.
Kemm Eddie Fenech Adami kif ukoll Lawrence Gonzi kemm
il-darba hadu decizzjonijiet importanti u rrikonciljaw interessi differenti
billi poggew il-gid komuni fuq quddiem. U avolja kienu konservattivi fuq
kwistjonijiet bhad-divorzju u d-drittijiet LGBTIQ, li kieku ma kienux huma li
fethu l-bibien ghall-liberta’, kien ikun ferm iktar difficli li wara jinfethu
t-twieqi ghal dawn id-drittijiet.
Kien hemm oqsma bhall-ambjent li kien jixirqilhom iktar
importanza, izda pajjizna kien qed jara titjib f’certi oqsma permezz ta’ regoli
frott ta’ shubija fl-Unjoni Ewropea.
Ejja nqabblu dan kollu mal-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat.
Huwa veru li l-ekonomija qed tikber, izda l-istess tikber iz-zaqq meta wiehed
jiekol hafna helu. Il-mudell ekonomiku ta’ Muscat hu bbazat fuq bejgh
tal-passaporti, zvilupp bla razan, u l-kummercjalizazzjoni tal-gid komuni. Is-sostenibilita’
ta’ dan il-mudell fuq medda ta’ snin hu wiehed dubjuz, iktar u iktar meta ma
jidhirx li hemm pjan ghal difersifikazzjoni.
Il-Gvern Laburista qieghed jatwa politika ta’ xejn m’hu xejn
f’oqsma bhall-ambjent, is-sahha u t-trasport. Il-governanza dghajfa qed
tagevola l-korruzzjoni u kbarat li ma jsegwux ir-regoli qed jigu ippremjati. Sa
dan it-tant Joseph Muscat jipprova jisseduci lill-poplu biex jippartecipa f’prattici
simili.
Ta’ min wiehed jomghod sew kliem bhal ta’ Michelle Obama. Jaghmlu
sew dawk li jitkellmu dwar kif il-Gvern ta’ Joseph Muscat qed ibiddel il-pajjiz
f’wiehed fejn kollox ghandu prezz u fejn ma jippurtaniex mill-konsegwenzi ta’
politika li ma tharisx fit-tul. Sewwa jaghmlu dawk li ma jiskrux sakra li
jkollha konsegwenzi koroh l-ghada.