Il-Mument 1 ta' Ottubru 2017
Tul l-ahhar snin pajjizna iccelebra d-dhul ta’ iktar drittijiet ghall-persuni LGBTIQ. Dan hu pass pozittiv, izda tajjeb inzommu f’mohhna li hemm bosta inugwaljanzi socjali ohra li mhux jinghataw l-importanza misthoqqa. Nemmen li l-Partit Nazzjonalista ghandu jiffoka ferm fuq dawn ir-realtajiet.
Tajjeb inzommu f’mohhna li l-inguwaljanza socjali jista’ jkollha forom varji. Jista’ jkollha x’taqsam ma’ fatturi ekonomici, ma’ pregudizzji, ma’ diskriminazzjoni u ma eskluzjoni socjali ta’ gruppi varji.
Li jghaqqad dawn il-fatturi u ohrajn hu l-fatt li galadarba hija s-socjeta’ li tohloq bosta forom ta’ inugwaljanza, dawn jistghu jigu meghluba jew imnaqqsa permezz ta’ politika socjali gusta u ekwa li tippremja imgieba responsabbli u li tizgura li hadd ma jibqa’ lura.
Jekk niehdu d-dinja tax-xoghol bhala ezempju, naraw li f’pajjizna hemm realtajiet kontrastanti ferm. Filwaqt li l-ekonomija qed tikber u l-qghad qed jonqos, hemm madwar 31% tal-‘working age population’ li m’humiex qed jahdmu f’impjieg formali. Fost dawn hemm 7,000 zghazugh li mhux qed jirregistraw ghax-xoghol jew jattendu xi facilita edukattiva.
Hemm ukoll bosta haddiema li qed jesperjenzaw zminijiet iebsa. Huma hafna l-haddiema b’pagi baxxi u/jew b’kundizzjonijiet hziena li ma jistghux ilahhqu ma’ l-gholi tal-hajja u li ma jistghux jitolbu ghal pagi iktar gholjin minhabba ragunijiet bhal dik li f’xi setturi jistghu jinstabu haddiema ohrajn minflokhom li lesti jahdmu ghal pagi iktar baxxi u ghal kundizzjonijiet inferjuri. B’hekk jinholoq ciklu ta’ sfruttar u kompetizzjoni ingusta bejn il-haddiema.
Hemm ukoll bosta fatturi kulturali u socjali li qed iwasslu ghal inugwaljanzi li hafna drabi jahmdu kontra n-nisa fuq il-post tax-xoghol. Politika li verament trid l-ugwaljanza f’dan il-qasam ma titkellimx biss dwar kwoti ghal politici nisa, izda tizgura li n-nisa ghandhom l-istess stima, appogg u kundizzjonijiet li ghandhom l-irgiel fuq il-post tax-xoghol.
Ta’ min iqis ukoll li f’pajjizna huwa stmat li l-ekonomija mohbija (underground economy) hija pjuttost kbira (25% tal-prodott gross domestiku). Hemm diversi ragunijiet li jispjegaw l-ezistenza ta’ xoghol mhux dikjarat. Fosthom hemm l-ezistenza xoghol prekarju b’kundizzjonijiet ta’ sfruttar li donnhom qed jaharbu mill-attenzjoni ta’ l-awtoritajiet.
Fl-istess hin saru xi riformi biex jigi zgurat li haddiema ta’ kumpaniji privati li jaghmlu xoghol pubbliku ikollhom l-istess kundizzjonijiet bhal haddiema fis-settur pubbliku. Ghalhekk, jidher li haddiema differenti qed jesperjenzaw realtajiet differenti, u l-awtoritajiet donnhom lesti jghalqu ghajnejhom ghal sfruttar li qed isir f’xi setturi u stabilimenti.
Politika socjali gusta u ekwa tizgura li jkun hemm opportunitajiet indaqs ghal kulhadd. Dan jirreferi mhux biss ghal-ligijiet, izda wkoll ghal kulturi u prattici fis-socjeta’. Din it-tip ta’ politika ghandha tipprovdi l-opportunitajiet biex min irid jimxi l-quddiem jista’ jaghmel dan minghajr xkiel, u li min jibqa’ lura ikun zgurat minn hajja dicenti. Din it-tip ta’ politika zzid ukoll l-investiment fl-edukazzjoni u l-enfurzar.
Oppozizzjoni b’sahhitha ghandha d-dmir li titkellem f’isem dawk li qed jesperjenzaw inugwaljanza frott ta’ politika ta’ Gvern li kemm il-darba qieghed iwarrab ir-ruh socjali.