Il-Mument 8 ta' Ottubru 2017
Hemm bosta ragunijiet li jistghu jispjegaw ir-rebha tal-Partit
Laburista fl-ahhar elezzjoni generali.
Wiehed jista’ jsemmi s-sitwazzjoni ekonomika, il-karizma ta’
Joseph Muscat, kif ukoll politika li laqghet it-talbiet ta’ bosta gruppi
socjali. Wiehed jista’ jghid ukoll li ghal numru mdaqqas ta’ votanti,
il-korruzzjoni m’hijiex l-iktar kwistjoni importanti, sa kemm il-hajja ta’
kuljum taghhom tibqa’ ghaddejja. Hemm
ukoll ragunijiet assocjati ma’ l-istrategija tal-Partit Nazzjonalista. Jista’
jkun li l-emfasi fuq il-korruzzjoni, u specjalment fuq il-kwistjoni egrant, poggiet
fil-genb kwistjonijiet ohra li jolqtu direttament votanti differenti.
Izda wara kulhadd huwa gharef, u jien l-ewwel wiehed li naqbel
li l-Partit Nazzjonalista kellu jaghmel emfasi fuq il-fatt li pajjizna ghandu
l-iktar gvern korrot fl-istorja politika tieghu. Nemmen li l-Partit ghandu
jibqa jiggieled il-korruzzjoni waqt li fl-istess hin jemfasizza kwistjonijiet
ohrajn u jkun iktar vicin in-nies, per ezempju permezz ta’ politika
lokalizzata.
Il-korruzzjoni tal-Gvern Laburista m’ghandiex x’taqsam biss
mal-fatt li Konrad Mizzi u Keith Schembri huma involuti fl-iskandlu globali
ta’ korruzzjoni tal-Panama Papers.
L-anqas m’ghandu x’jaqsam biss ma’ kwistjonijiet bhall-Kafe’ Premier, Gaffarena
jew decizzjonijiet tal-Gvern li qed jirregalaw il-flus lill-Partit Laburista.
Il-korruzzjoni hija sintomu ta’ Gvern li jpoggi l-allat tal-flus
u l-konvenjenza l-ewwel u qabel kollox, fejn kollox hu ghal bejgh. Jidher li t-tajjeb u l-hazin qed jigu
relativizzati skont il-konvenjenza politika. Il-kuncett ta’ cittadini informati
li ghandhom drittijiet u dmirijiet qed jigi mwarrab favur kuncett fejn kollox
hu permissibli sakemm jaqbel lill-Gvern Laburista.
Hawnhekk tajjeb li
nsaqsu mistoqsijiet essenzjali ghal politika f’pajjizna llum. Fejn ghandna naqtghu linja bejn it-tajjeb u
l-hazin? Il-liberta’
ta’ l-individwi ghandha tkun assoluta, jew ghandha tintizen mal-liberta’ ta’
individwi ohra? Ahna sempliciment konsumaturi li rridu kollox fl-immedjat, jew
cittadini b’responsabilitajiet lejn haddiehor ?
Nemmen li l-Gvern
Laburista qieghed juza strategija ta’ seduzzjoni politika li permezz taghha
jwieghed certi libertajiet minghajr ma jqis il-kuntest kollu. Kemm il-darba
qieghed ibaxxi standards etici, socjali u ambjentali u jappella ghall-egoizmu
qabel il-gid komuni.
Per ezempju, dan il-Gvern qieghed jiffavorixxi
l-kummercjalizazzjoni tal-gid komuni. Qed johorgu permessi ta’ mwejjed u
siggijiet fuq art pubblika minghajr ma jikkonsidra kwistjonijiet bhas-sigurta’,
l-access u l-parkegg. Qieghed johrog permessi fuq art ODZ li qed inaqqru
il-pajsagg Malti. Qed ikun kajman hafna fuq kwistjonijiet bhall-immanigjar ta’
l-iskart u ta’ l-ilma.
Il-Gvern Laburista qieghed ukoll jipproponi diskors li jikkummercjalizza
il-gisem uman. Fil-media Laburista donnha qed tinbiegh l-idea li tajjeb ikun
hemm suq liberalizzat tal-prostituzzjoni. Dan fl-istess hin li
pajjizna diga qieghed jissemma min agenziji internazzjonali li huwa centru ta’
traffikar tan-nies. Bil-‘feminizmu’ kollu tieghu, dan il-gvern qed jaghlaq
ghajnejh ghal dan. Ikun ahjar li pajjizna jadotta politika li xxekkel - u mhux li
tinkoragixxi - il-prostituzzjoni.
Politika ohra, bhal
dik tas-surrogacy, qed tigi mlahhma biss fuq diskors li mhux neccessarjament
qed taghti kas id-drittijiet tat-tfal u kwistjonijiet etici. Huwa tajjeb li l-guf tal-mara jinkera ghal
haddiehor? Fl-opinjoni tieghi, le.
Tajjeb niftakru wkoll
li l-Gvern Laburista qieghed ibiegh ic-cittadinanza Maltija, u dan b’mod xejn
trasparenti. Ma nafux x’qed isir mil-flus, izda hemm suspett qawwi li hemm min
qed jigwadanja gmielu minnhom filwaqt li l-Gvern kiseb mezz xejn nadif biex
jisseduci votanti. Din l-industrija qieghda wkoll tikkontribwixxi biex joghlew
il-kirjiet tal-propjeta’ f’pajjizna.
Il-mentalita’
kummercjalista tal-Gvern Laburista hija bbazata fuq politika ekonomika li ma
tharisx fit-tul. Qeghdin inkunu dipendenti wisq fuq setturi bhall-kostruzzjoni
minghajr ma nharsu lejn alternattivi iktar sostenibbli. Ekonomija diversifikata
taghti importantza lill-kostruzzjoni, izda tara ukoll li tohloq setturi godda
f’dinja iktar kompettitiva.
It-tip ta’ liberta’ li
qed jippremja l-gvern Laburista hi ukoll
wahda fejn bosta jaghmlu dak li jridu, anke jekk dan ikun ta’ dannu ghal
haddiehor. L-enfurzar huwa fjakk f’oqsma varji, u s-suspett tieghi hu li kemm
il-darba jkun hemm indhil politiku biex dan ma jsirx.
L-importanti
ghall-Gvern Laburista hu li jikseb il-vot ta’ dawk li jkunu inghataw pjacir
anke jekk dan hu ta’ dannu socjali jew ambjentali. Il-Gvern jippreferi jara
nies jittalbu ghand Ministri milli cittadini edukati li m’ghandhomx bzonn
lill-politiku biex jimxu l-quddiem.
Ghal kuntrarju ta’ dan
kollu, il-Partit Nazzjonalista ghandu joffri alternattiva cara Ghandu jkun
vicin il-problemi u l-aspirazzjonijiet tac-cittadini. Izda minflok ma
jipproponi politika ta’ Gvern kbir u prezenza partiggjana kullimkien, ghandu
jipproponi politika ta’ socjeta’ kbira u Gvern zghir. Socjeta’ b’ruh socjali fejn
l-individwu jkollu l-ghodda u l-edukazzjoni li javvanza l-quddiem u jgawdi
kwalita’ ta’ hajja tajba. Liberta’ f’socjeta’, u mhux liberta’ li xxekkel dik
ta’ haddiehor.