Il-Mument 22 ta' Ottubru 2017
Il-qtil ta’ Daphne
Caruana Galizia kien qtil politiku.
Dan ghaliex Daphne
kienet f’periklu u ma kienx hemm l-iskrutinju mehtieg biex tkun protetta
mill-istituzzjonijiet ta’ l-istat. Dan l-iskrutinju kien dovut minhabba li
Daphne kienet involuta f’kwistjonijiet legali ta’ importanza nazzjonali.
Daphne kienet fost
l-iprem gurnalisti li jinvestigaw il-kollass ta’ l-istituzzjonijiet f’pajjizna.
Issa li giet assassinata, pajjizna tilef vuci essenzjali ghad-demokrazija.
Izda pajjizna ma
jistax jibqa jittolera l-kollass ta’
l-istituzzjonijiet. Il-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat huwa bbazat fuq
politika ekonomika li tiddependi mill-bejgh tal-passaporti u minn interessi ekonomici
dubjuzi li qed jahtfu setturi bhall-energija, is-sahha u l-kostruzzjoni.
Pajjizna gie elenkat f’rapporti internazzjonali bhala centru ta’ traffikar
tan-nies, u huwa nvolut fl-iskandlu internazzjonali tall-Panama Papers.
Il-hasil tal-flus, il-kriminalita’ organizzata u l-konnessjonijiet ma
Gvernijiet korrotti xejn ma jaghtu gieh lil pajjizna.
Fl-istess hin,
il-Gvern ta’ Joseph Muscat hataf istituzzjonijiet li suppost huma indipendent u
melihom b’nies li l-iskop ewlieni taghhom hu li jaqdu l-interessi tal-oligarkja
li tmexxi l-Partit Laburista. Sa dan it-tant il-Gvern Laburista addatta
politika li tisseduci lil bosta votanti permezz ta’ korruzzjoni u pjaciri anke
jekk dan ikun ta’ dannu socjali jew
ambjentali.
Il-Gvern jippreferi jara nies
jittalbu ghand Ministri milli cittadini edukati li m’ghandhomx bzonn
lill-politiku biex jimxu l-quddiem. Ghalhekk, dan hu gvern bla ruh socjali,
gvern minghajr legittimita morali, u gvern li jpoggi l-alla tal-flus qabel
id-dinjieta’ umana.
U dan kollu ifakkarni fil-ktieb ricenti ta’ l-istoriku Timoghy
Snyder, ‘On Tyranny: Twenty lessons from the twentieth century’.
F’dan il-ktieb Snyder iwissi li meta Gvern jibda jahtaf
l-istituzzjonijiet dan jista’ jwassal ghall-kollas tad-demokrazija.
Snyder jinnota li
tiranni japprofittaw min-nuqqas ta’ ‘checks and balances’ u ta’ procedura, u
minn nuqqas ta’ etika professjonali. Japprofittaw ukoll minn dik li illum
tissejjah ‘post-truth’, jigifieri minn slogans politici li mhux bilfors
jirriflettu l-verita’, kif ukoll minn ibbulijar fil-media permezz ta’ assassinju
tal-karattru u tikketti qarrieqa ta’ dawk li qed jopponu l-poter.
Snyder jappella biex
ma nharsux lejn in-naha l-ohra meta naraw sinjali ta’ mibghieda u
diskriminazzjoni. Jghid li l-apatija u x-xetticizmu tac-cittadini jistghu
isahhu lil dawk fil-poter.
Snyder jappella biex
kull wiehed u wahda minna nkunu attivi fil-politika. Mhux neccessarjament dik
partiggjana, izda anke permezz tas-socjeta’ civili, kitba , partecpazzjoni
f’attivitajiet, qari dwar grajjiet kurrenti, abbonar f’rivisti u gazzetti ta’
kwalita’.
L-ahhar u mhux
l-inqas, Snyder jappella lill-qarrejja tieghu biex ikunu patriotti u kuraggizi.
Patriotti mhux lejn xi oligarkiji jew Prim Ministri li jqimu dittaturi
barranin. Izda patriotti lejn l-ideali demokratici tal-pajjiz, permezz ta’
imhabba lejn is-socjeta’ u l-gid komuni.
Ejja nzommu l-memorja
ta’ Daphne hajja billi ma ncedux ghal dawk li qed jipperikolaw id-demokrazija.