Fl-2021 għamilt l-almu tiegħi biex, iggwidat mill-filosofija stojika, nivvaloriżża l-kwalita' tal-ħajja qabel kunsiderazzjonijiet oħra u għext bl-aħjar mod possibbli għalija u għal dawk ta' madwari.
L-għażla tiegħi għalhekk kienet li naqsam il-ħin tiegħi bejn il-familja, il-professjoni tiegħi ta' soċjologu u l-attivitajiet li nħobb nagħmel: li ndoqq id-drums, nitgħallem, nagħmel l-eċercizzju fiżiku u nistrieħ.
Biex inwettaq din l-għażla komplejt nitbiegħed kemm nista' mill-affarijiet, nies u attivitajiet negattivi u stressanti fil-ħajja. U ppruvajt nieħu pariri min-nies li verament jixtiquli l-ġid jew li huma mħarrġa fl-oqsma rispettivi tagħhom. L-ostakli rajthom bħala sfidi li juruk it-triq.
Nirringrazzja minn qalbi lill-dawk qrib tiegħi u lill-ħbieb tiegħi. Rispett.