Naqbel ma' din l-istqarrija. Fil-fatt il-ġimgħa l-oħra u ftit tal-ġranet ilu jien ipproponejt li fi ħdan il-PN, kull azzjoni, kemm favur u kif ukoll kontra t-tmexxija ta' Adrian Delia, għandha ssir skond l-istatut, għax ir-regoli huma l-patt li jgħaqqdu lill-membri. Ir-riżultati ta' dawn l-aħħar ġranet m'għandhomx jiġu njorati.
Għalhekk nerġa ntenni l-appell li għamilt il-ġimgħa l-oħra li l-kwistjoni tat-tmexxjia tal-PN tmur għand il-Kunsill Ġenerali u t-tesserati, skond kif tindika l-proċedura ta' l-istess statut li fuqu kien hemm qbil unanimu ftit tal-ġimgħat ilu.
Huwa tajjeb li hemm djalogu fil-PN għax hekk jitolbu d-demokrazija, il-proċedura, u r-rispett. Nerġa ntenni li ħadd m'hu akbar mill-partit u li jista' jkun hemm gvern alternattiv biss jekk ikun hemm unita' fid-diversita' interna u esterna.