Ftit granet ilu d-dinja politika fakkret l-erbghin anniversarju mill-mewt
ta’ Aldo Moro: politiku Taljan li inqatel mit-terroristi tal-Brigate Rosse
minhabba l-impenn tieghu favur il-kunsens, il-kompromess u l-integrazzjoni
politika.
Moro kien jappartjeni ghall-klassi ta’ politici-intelletwali li kkarraterizzaw
il-politika Taljana tul is-snin. Kien jappartjeni ghall-Partit tad-Demokrazija
Kristjana (DC) u serva kemm bhala Prim Ministru kif ukoll Ministru.
Fuq kollox kien medjatur pazjenti u fis-snin sebghin ippropona li
fl-Italja ikun hemm ‘kompromess storiku’ bejn l-istess DC u x-xellug
parlamentari, li skond hu kienet iggib l-istabilita’ politika fil-pajjiz.
B’hekk id-DC tkun fic-centru ta’ koalizzjoni wiesgha u rapprezentattiva.
Kien hemm bosta li qablu ma’ din il-proposta, izda kien hemm ohrajn li
opponew bil-qawwa. Dawn kienu jinkludu l-Istati Uniti u anke xellugin estremi
bhall-Brigate Rosse.
Moro inhataf minn dawn ta’ l-ahhar f’Marzu tal-1978, u qatluh wara li
zammewh ostagg ghall-55 gurnata.
Erbghin sena wara, Moro ghandu jservi ta’ inspirazzjoni ghal dawk fostna li
nemmnu li fil-politika id-djalogu ghandu jigi qabel l-assolutizmu u t-tisbit
tas-saqajn. Dawn ta’ l-ahhar igibu l-firda u jistghu iwasslu ghal politika
tat-tiranijja.
Hawnhekk, l-istil ta’ Moro ifakkarni fil-kitbiet tal-hassieb Franciz Albert
Camus. F’kitbiet bhar-Ribell u l-Assassini Gusti, Camus juri kemm tista’ tkun
perikoluza l-politika assolutista ta’ ‘kollox jew xejn’. Dan ghaliex twebbes
rasha u ma tismax ilhna ohra. Tiggustifika kull ma taghmel f’isem il-missjoni
‘storika’ taghha, u fl-ahhar twassal ghat-tiranijja. Hekk gara fil-kaz ta’
bosta revoluzzjonarji tul is-snin, li sahansitra immassakraw lil min
ikkunsidraw bhala ghadu sempliciment ghax kellu opinjoni differenti.
Camus jghidilna li ribelljoni genwina hi dik moderata. Dan ghaliex taccetta
li jista’ jkun hemm vucijiet differenti minn dik tar-ribell u mhux twassal ghal sistema totalitarja ta’ ‘kollox jew
xejn’.
F’dan il-kuntest, hsieb
assolutist li jassumi li ghandu l-monopolju tal-verita’, ghandu jqajjem
suspetti kbar, ghax joqtol kull forma ta’ djalogu.
Camus kien jemmen fl-idea
ta’ Ewropa maqghuda, Ewropa ibbazata fuq il-progress ekonomiku, id-demokrazija
u l-paci. Xtaq li l-Algerija – art
twelidu – tibqa’ parti minn Franza, u l-istess bhal Moro, serva ta’ inspirazzjoni ghal min
jemmen fil-politika tad-djalogu u l-kunsens.
Personalment nemmen
f’politika ta’ djalogu u kunsens li tirrispetta d-differenzi u li tirrispetta
l-processi, ir-regoli u decizzjonijiet demokratici.
Dan l-artiklu deher fil-Mument, 13 ta' Mejju 2018