Il-Mument, 11 ta' Frar 2018
L-ekonomija
ta’ Malta qisha z-zring metaforiku li ma jirrealizzax li t-temperatura ta’
l-ilma tiela bil-mod il-mod. Imbaghad it-temperatura toghla wisq u z-zring
imut. Anzi, s-sitwazzjoni ta’ Malta hi aghar, ghax il-Gvern qed jigi mwissi
dwar il-korruzzjoni, il-hasil tal-flus u d-dipendenza zejda fuq certi setturi.
Ghandna
ghal xiex ninkwetaw dwar il-process ta’ konsultazzjoni li l-Gvern nieda dwar
il-bejgh tac-cittadinanza, jew kif inhi maghrufa ufficjalment, l-Individual Investors Programme (IIP). Ejja nzommu
f’mohhna li meta habbar l-iskema wara l-elezzjoni tal-2013, Muscat kien wieghed
li l-iskema tkun wahda temporanja.
Issa huwa car li l-iskema m’hijiex sempliciment skema fost
l-ohrajn fil-politika tal-Gvern. L-iskema hija r-raguna ewlenija ghalfejn
pajjizna ghandu surplus fiskali. Dan
ifisser li Joseph Muscat u Edward Scicluna gabu lil pajjizna dipendenti fuq
il-bejgh tac-cittadinanza.
Sa dan it-tant jippacifikaw l-opinjoni pubblika billi
jisseducu lill-votanti biex jiehdu parti mid-dhul ekonomiku iggenerat
mill-iskema. Izda b’hekk il-pajjiz qed isir ivvizzjat fuq politika ghazziena u
insostenibbli li ma tistax tibqa’ hemm ghal dejjem. Ir-rizultat ahhari ta’ dan
jista’ jgib rovina ekonomika specjalment jekk il-pajjiz ma jiggenerax modi
ohrajn u sostenibbli ta’ tkabbir ekonomiku.
Tajjeb
ninnutaw li l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) dan l-ahhar esprima d-dubji
dwar l-IIP. Huwa veru li l-IMF innota s-success tal-Gvern fit-tkabbir ekonomiku,
izda l-istess IMF qal li d-dhul mill-IIP huwa wiehed volatili u difficli li
tbassar, u li l-iskema iggib maghha sfida ghall-aggustement fiskali fit-tul.
Gie innotat ukoll li l-influss ta’ barranin qed igib mieghu zieda fil-prezz
tal-propjeta’.
L-IMF
qal li l-Awtorita’ tas-Servizzi Finanzjarji ghandha bzonn rizorsi adekwati
sabiex jigu ssalvagwardjati ir-reputazzjoni u l-intergrita’ tas-settur
finanzjarju ta’ Malta. Dan hu l-istess settur li kellu kunsens politiku ghal
iktar minn ghoxrin sena u li issa qed jigi mhedded minhabba r-rezistenza
tal-Gvern li jiehu azzjoni konkreta dwar il-hasil tal-flus, il-korruzzjoni u
skandli bhall-Panama Papers.
Fil-fatt,
fi kliem l-IMF, ‘robust implementation
and effective enforcement of the Anti-Money Laundering framework is critical
given the size of Malta’s financial sector, the fast-growing remote gaming
activity, and the high demand for the IIP’.
Il-Ministru
tal-Finanzi Edward Scicluna wiegeb ghar-rapport tal-IMF permezz ta’ stqarrija
trionfalista u injora ghal kollox it-twissijiet imsemmija hawn fuq. Ma nkunx
sorpriz jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat izid doza ikbar ta’ trionfalizmu
billi jghid li bhall-istati membri ta’ l-Unjoni Ewropea, l-IMF qed tghir ghal
Malta.
Ejja
nzommu f’mohhna li l-ekonomija ta’ Malta ghanda daqs ta’ lokalita normali
Ewropea. Fl-ahhar tal-2016 kienet tammonta ghal madwar 12-il biljun Ewro.
L-ekonomija ta’ l-UE tammonta ghal 14,825 Billion Ewro. Apparti min hekk, l-ahhar figuri tal-Eurostat
juri li z-zona Ewro qed tesperjenza l-ikbar tkabbir f’ghaxar snin. U
ghall-kuntrarju ta’ Malta, il-pajjizi l-ohra m’humiex dipendenti fuq il-bejgh
tac-cittadinanza.
Ejja
ma nhallux il-propaganda tal-Gvern tipperswadina li l-bqija ta’ l-UE qed tghir
ghall-Prim Ministru Muscat. Jekk l-ekonomija ta’ Malta tikkollassa ma nistghux
inwehhlu f’pajjizi ohra. L-impatt fuq Malta jaf ikun kbir, izda l-effett fuq
l-ekonomija Ewropea ikun minimu. M’huwiex minnu li l-Ewropa kollha qed tistenna
lill-Malta biex tigwida lill-pajjizi l-ohra. U jekk il-Gvern ikompli jiftahar
b’rixu u jinjora kritika genwina, ikun qed jaghmel disservizz lic-cittadini
tal-pajjiz.
Il-bejgh
tal-passaporti ma jistax jibqa ghaddej ghal dejjem. U lanqas il-Gvern ta’
Joseph Muscat.