Il-Mument, 4 ta' Frar 2018
Meta giet inawgurata il-V18 fil-Belt Valletta, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din l-inizjattiva ser tkun wahda ‘awtentika’. Ghaddew biss ftit minuti u sirna nafu li wahda mill-ispettakli prominenti kienet kwazi identika ta’ wahda simili f’Amsterdam erba snin ilu.
Dan l-att simboliku jfakkarna kif l-istess Joseph Muscat kien oppona d-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u kien ikkritka dak kollu li ghandu x’jaqsam mal-progett ta’ Renzo Piano u mat-tisbih tal-Belt meta Lawrence Gonzi kien Prim Ministru.
Izda m’ghandniex niskantaw bl-istil ta’ Joseph Muscat. Jopponi fl-oppozizzjoni, izda jiehu l-mertu ta’ l-istess haga meta jkun fil-Gvern. Iwieghed haga, u jaghmel bil-maqlub. Dan hu gvern li hu mibni fuq il-falzita’.
Per ezempju jekk naraw il-bejgh tal-passaporti, hemm ingann shih. Joseph Muscat qatt ma wieghed din l-iskema qabel l-2013, u jaghmel minn kollox biex jahbi lix-xerrejja tac-cittadinanza. Meta l-iskema giet introdotta, wieghed li ser tkun hemm ghal zmien temporanju izda issa jrid jestendiha. Dan ghaliex minghajra pajjizna ma kienx ikollu surplus is-sena l-ohra. Issa pajjizna qed isir dipendenti fuq skema li ghandha bazi tar-ramel.
Zewg progetti li l-Gvern ta’ Muscat tant ftahar dwarhom ukoll m’ghandhom bazi xejn soda. Qed nirreferi ghall-hekk imsejha Universita Amerikana u ghall-hekk imsejjah investiment mediku tal-Vitals f’sptarijiet pubblici. Dawn ukoll ma gewx imwieghda qabel l-2013, u t-tnejn li huma jidhru iktar li huma progetti ta’ spekulazzjoni tal-propjeta’.
Huwa veru li l-ekonomija Maltija qed tikber. Izda nafu li pajjizna huwa wisq dipendenti fuq il-kostruzzjoni u l-bejgh tal-passapori. Kemm jista’ jdum dan kollu? Il-politika ekonomika qed thares biss sa’ l-elezzjoni generali? Min ser ihallas id-danni ekonomici meta t-tmexxija prezenti titlaq?
Il-falzita’ tal-gvern naraha wkoll fid-diskors dwar il-libertajiet civili. Huwa veru li pajjizna ghamel avvanzi kbar fid-drittijiet LGBTIQ, u l-kwistjoni issa hi karatterizzata minn kunsens parlamentari. Izda l-Partit Laburista ma jistax jibqa jithalla jisfrutta dan l-ezempju kull meta jigi kkritikat fuq affarijiet ohra.
Kif jista’ Gvern jiftahar dwar il-liberta’ meta Daphne Caruana Galizna inqatlet b’mod brutali? Kif jista’ Gvern jiftahar dwar il-whistleblowers meta Jonathan Ferris u Maria Efimova ghandhom hajjithom f’periklu? X’liberta’ hi din li thallina noffendu r-religjoni izda ma tipprotegix gurnalisti li jinvestigaw il-Pilatus Bank u Henley and Partners?
Joseph Muscat jaf jimpresjona lill-pubbliku tieghu. Jaf ibiegh il-prodott tieghu, izda jien ma nara l-ebda profondita’ wara dan kollu. Nara biss politiku li ghandu l-ambizzjoni li jgawdi sakemm jista’ u li jaghmel minn kollox biex jibqa fil-poter sa dan it-tant. Juza politika irhisa u facli u ma jaghtix kas l-implikazzjonijiet fuq il-gid komuni. Jaghtina l-impressjoni li ghandu l-kontroll ta’ kollox izda jidher dghajjef hdejn kollaboraturi bhal Konrad Mizzi u Keith Schembri.
Izda l-istorja tghallimna li l-ebda Gvern m’hu hemm ghall-eternita’. Jehtieg li sa dan it-tant nitharrgu u nharrgu lill-haddiehor sabiex naraw il-perikli wara t-tbissima ta’ Muscat. Jehtieg li nbiddlu politika falza ma wahda li verament tahdem ghal gid komuni.