Monday, January 22, 2018

Vuci ta' xiex? Michael Briguglio


Il-Mument, 21 ta' Jannar 2018

Fis-sistema politika Maltija, iz-zewg partiti politici kbar kemm il-darba iservu ta’ umbrella wiesgha li tigbor tahtha diversi identijiet, gruppi, vucijiet u klassijiet socjali. Nistghu nghidu li kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il-Partit Laburista it-tnejn huma ankrati vicin ic-centru politiku, ghalkemm minn daqqiet ixeqilbu iktar lejn ix-xellug jew il-lemin.

F’dawn iz-zminijiet, l-ideologija politika saret iktar flessibli milli kienet fil-passat. Dan jirrifletti il-bidliet socjali li qed nghixu: f’socjetajiet iktar miftuha, iktar sekulari u karatterizzati b’iktar diversita’. Kull wiehed u wahda minna x’aktarx nidentifikaw ma’ iktar minn identita’ wahda u kultant dawn ikunu anke kontradittorji.

Hemm min jghid li b’hekk l-ideologija spiccat u ghalhekk il-partiti politici ghandhom sempliciment jirriflettu l-iktar fehmiet popolari fis-socjeta’. Il-politika b’hekk issir loghba bejn min kapaxxi jmexxi ahjar fil-qafas ta’ dawn il-fehmiet.

Personalment nippreferi politika flessibli milli wahda assolutista u fundamentalista. Din ta’ l-ahhar twassal ghal politika minghajr djalogu, ghat-tirannija ta’ certi ideat u persuni, u ghall-mewt tad-djalogu: l-istess djalogu li hu essenzjali ghal demokrazija hajja.

Izda b’dan ma ridx nghid li l-principji m’humiex importanti. Anzi.

Nemmen li l-principji ghandhom iservu ta’ qafas ideologiku biex partit politiku ikollu direzzjoni u ghanijiet. Iservu ukoll sabiex min hu imsieheb jew jappoggja partit ikun jaf fejn qieghed. Izda l-principji iridu dejjem jitpoggew f’kuntest socjali. Per ezempju, kelma bhal liberta’ jista’ jkollha tifsira differenti f’kuntesti socjali differenti. F’socjeta’ demokratika, liberta’ kemm il-darba tigi mkejla skond id-drittijiet tac-cittadin u skond l-ghazliet li jaghmel. U ma’ l-ghazla wiehed irid ukoll jinkludi r-responsabilita’. Izda f’socjeta’ dittatorjali, il-liberta’ tista tkun hemm ghal grupp zghir biss.

Hekk kif il-Partit Nazzjonalista qed igedded lilu nnifsu, nemmen li huwa importanti li jadotta sett ta’ principji minghajr ma jaghmilhom xi duttrina dommatika. Il-wirt Demo-Kristjan tal-Partit ghandu jservi ta’ infrastruttura, izda ghandha tkun rispettata d-diversita’ socjali li qed nghixu fiha llum.

Principju importanti f’dan ir-rigward hu dak tad-dinjita’ umana, u mieghu dak tas-solidarjeta’. Ghandu jkun hemm politika li tappogja forom varji tal-familja kif ukoll lil dawk li qed jghixu hajja prekarja. Il-politika socjali m’ghandiex tinkoragixxi dipendenza fuq l-istat jew impozizzjonijiet minn fuq, izda minflok ghandha tinkoragixxi l-independenza, l-opportunitajiet, u li wiehed ikollu l-ghodda biex javvanza f’hajtu. L-edukazzjoni u t-tahrig huma essenzjali f’dan ir-rigward.

Principju iehor ta’ importanza huwa dak tas-sussidjarjeta’. Decizzjonijiet ghandhom jittiehdu mill-izghar awtorita’ kompetenti possibli. Dan ifisser li jekk per ezempju kunsill lokali huwa iktar kapaci jiddeciedi dwar kwistjonijiet lokali, il-gvern centrali m’ghandux jisraqlu l-poter. Minn naha l-ohra, jekk certi decizzjonijiet ghandhom ikun f’idejn l-Unjoni Ewropea minhabba l-implikazzjonijiet globali taghhom, allura tajjeb jigu decizi hekk.

Permezz tas-sussidjarjeta’, il-gvern ghandu jintervjeni biss meta individwi, familji, is-socjeta’ civili, jew gruppi privati ma jistghux jagixxu b’mod indipendenti. Ghalhekk l-awtonomija’ u d-dinjita’ jigu qabel id-dominanza ta’ l-istat.

Principju iehor u dak li jhares id-drittijiet ta’ generazzjonijiet tal-futur. Kuncetti bhas-sostenibilita’ u l-gid komuni ghandhom jigu qabel il-gratifikazzjoni instantanja jew dak li jaqbel biss fl-immedjat.

Tajjeb ukoll li l-politika ekonomika tkun wahda li turbot il-suq kompettitiv ma’  mudell socjali u ambjentali li jaghti importanza lix-xoghol dicenti u lill-opportunitajiet. B’hekk tigi evitata tellieqa sal-qiegh immexxija mir-reghba u l-prekarjat.

Hawnhekk, l-individwi jigu kkunsidrati mhux biss bhala konsumaturi fis-suq izda ukoll bhala cittadini li ghandhom drittijiet u dmirijiet.

Principji bhal dawn jistghu joffru opportunita’ lill-Partit Nazzjonalista fil-kostruzzjoni ta’ alternattiva ghall-Partit Laburista.

Il-Gvern ta’ Joseph Muscat introduca numru ta’ riformi pozittivi, izda qieghed jenfasizza ukoll ipoggi zvilupp bla razan qabel il-gid komuni, qed ibiegh il-wirt nazzjonali lill-investituri dubjuzi, qed ikun dipendenti fiskalment ghall-bejgh tac-cittadinanza, qed ihaxxen is-settur pubbliku permezz ta’ patrunagg politiku: Dan kollu permezz ta’ buzzieqa ekonomika li qed tigi ddettata mic-ciklu eleottrali u vvalentata bil-koruzzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista ghandu jkun il-vuci ta’ dawk ta’ dawk li qed jghixu l-prekarjat, ta’ dawk li jridu governanza tajba, u ta’ dawk li jqisu l-gvern ta’ Muscat bhala wiehed bla ruh. Il-Partit Nazzjonalista ghandu jirrikoncilja haddiema u negozjanti li huma aljenati mill-mudell ekonomiku ma votanti mill-klassi tan-nofs li forsi qed jghixu l-kumdita’ izda jridu tip ta’ politika iktar gusta.

Ghal dan il-ghan tajjeb li l-Partit jikkomissjona studji socjologici biex jinvestiga’ l-htigijiet, l-identitajiet u l-aspirazjonijiet ta’ zminijietna. Dawn l-istudji b’hekk iservu biex ikun hemm evidenza soda ghall-politika f’socjeta’ li qed tinbidel. Nikteb iktar dwar dan f’artiklu fil-futur qrib.