Il-Mument, 7 ta' Jannar 2017
Meta l-Partit Nazzjonlista iddecieda li jxolji l-Forza
Nazzjonali, ghamel l-ahjar ghazla fic-cirkostanza.
Il-Forza sfat telliefa fl-elezzjoni generali, u avolja l-idea
ta’ koalizzjoni ghal governanza tajba kienet wahda f’waqtha, wiehed ma jistax
jinjora r-rizultat li inkiseb.
Teoretikmant, izda, il-Forza Nazzjonali setghet topera ukoll
bhala koalizzjoni fl-oppozizzjoni. Pero’ fil-verita’, l-atitudni ta’ Marlene
Farrugia wara l-elezzjoni generali ma ghenet xejn biex dan isehh.
Dan ghaliex ftit jiem wara l-elezzjoni generali, hi uriet
l-interess li ssir mexxej tal-Partit Nazzjonalista waqt li kienet fl-Partit
Demokratiku. Wara li dan ma kienx possibli, ghamlet minn kollox biex tiskredita
l-kampanja ghall-ghazla ta’ mexxej gdid tal-Partit Nazzjonalista. B’hekk kisret
il-fiducja li ezistiet bejn iz-zewg nahat.
Ta’ min wiehed ifakkar li din kienet l-iktar kampanja miftuha u
demokratika li qatt saret ghal mexxej ta’ partit politiku f’Malta. Differenti
hafna minn kif saru l-affarijiet fil-partit ta’ Marlene wara l-elezzjoni
generali.
Nittama li Marlene Farrugia taghraf li zbaljat bl-atitudni
taghha u li tkun iktar kostruttiva fil-kontribuzzjoni taghha fil-parlament ta’
Malta. Per ezempju, bhala gest ta’ rieda tajba u ta’ konvinzjoni soda, nittama
li hi u Godfrey Farrugia jappoggjaw il-proposta’ tal-Partit Nazzjonalista
sabiex iz-Zonqor jinghata lura lill-poplu Malti. Ovjament, nittama wkoll li
l-membri parlamentari Laburisti jaghmlu l-istess.
Nittama wkoll li jkun hemm ukoll hidma kongunta fuq materji
ohra, skond il-kas, kif stqarr l-istess Partit Nazzjonalista meta xolja
lill-Forza Nazzjonali.
Din it-tip ta hidma tista’ ssir ukoll mill-Partit Nazzjonalista
ma’ korpi kostitwiti, ghaqdiet mis-socjeta’ civili u ohrajn. Hekk ghamel
il-Partit meta mexxa l-moviment li permezz tieghu Malta ssiehbet fl-Unjoni
Ewropea. U l-Partit Laburista tghallem min din l-istrategija fil-kisbiet ta’
bosta drittijiet civili.
Hekk kif il-Partit Nazzjonalista qed jibni l-istrategija tieghu ghall-isfidi
elettorali li gejjin, nemmen li ghandu jizgura li jkun il-vuci per ezempju ta’
dawk li jemmnu fil-governanza tajba, li jixtiequ li pajjizna jkun wiehed fejn
tirrenja n-normalita’ bhala msieheb fl-Unjoni Ewropea. U ghalhekk, il-Partit
ghandu jahdem fil-qrib ma’ dawk kollha ta’ rieda tajba f’dan ir-rigward.
U halli nghiduha kif inhi: Jekk irridu l-governanza tajba din
tista’ tigi biss jekk ikun hemm mandat elettorali ghaliha. Huwa biss il-Partit
Nazzjonalista li jista’ jgheleb lill-Partit Laburista u jpoggi din il-materja
fuq l-agenda nazzjonali.
Movimenti socjali li jahdmu fis-socjeta’ civili ghal dan il-ghan
huma importanti hafna, ghax iqajmu kuxjenza, jimmoblizzaw lin-nies u jghafsu
ghal bidliet. Izda l-istorja turi li dawn ikunu effettivi meta jahdmu flimkien
ma’ partiti politici, li fl-ahhar mill-ahhar ghandhom il-jedd li jiggvernaw.
Barra minn hekk, bosta ghaqdiet li jkunu iffukati fuq materja
wahda isibuha difficli jsostnu lilhom infushom f’kampanji twal. U c-cittadini
jiddeliberaw fuq bosta kwistjonijiet fil-hajja ta’ kuljum. Lil’hinn
mill-movimenti socjali, hemm ghexieren ta ‘eluf ta’ kostitwenti li l-vot
taghhom hu importanti daqs dak ta’ l-attivisti, anke jekk il-vuci taghhom hija
inqas vizibli fl-ahbarijiet.