Naqbel ħafna ma' dan il-kumment ta' Robert Louis Fenech, wieħed mill-attivisti ewlenin fil-kampanja Manoel Island: Post Għalina. Din hija kwistjoni fejn jista' jkun hemm patt ambjentali bejn partiti, għaqdiet, vuċijiet u interessi varji. Tajjeb ħafna li l-kampanja hija waħda pożittiva u inklussiva, u mhux waħda settarja jew ibbażata fuq xi sens ta' superjorita' jew it-tkissir ta' ħaddieħor. Kulħadd jista jħossu komdu jitkellem favur #ManoelIsland bħala Park Pubbliku.
Il-kumment ta' Robert jinstab hawn.