Wednesday, June 23, 2021

#Ħsibijiet (81) GreyList

L-aħbar li Malta tpoġġiet fil-greylist tal-Financial Action Task Force (FATF) m'hijiex waħda li għandna nieħdu gost biha.

Issa nistennew it-teatrini tas-soltu fuq il-media soċjali. Tribaliżmu soffokanti, tgħajjir, u pjattaformi li permezz tagħhom mingħalina li nifmhu f'kollox. Kulħadd komdu fil-bubble soċjali tiegħu. 

Ikun aħjar jekk niddeliberaw u naraw kif, fl-isferi varji, nagħmlu l-parti tagħna għas-sostenibilita' fil-politika ekonomika tagħna. Il-widnejn u l-għajnejn huma importanti daqs il-ħalq f'proċess ta' dan it-tip.  

Għal iktar tagħrif dwar il-greylisting ta' Malta:

Malta greylisted by FATF as lobbying efforts prove futile - The Malta Independent