Kuraġġ lil kull min qiegħed jiġġieled il-battalji tiegħu, fis-silenzju.
Battalji li jistgħu jinħassu iktar waqt żmien il-festi.
Hemm affarijiet li ma nistgħux inbiddlu. Fl-istess ħin ħadd ma jista' jiddettalna l-atitudni tagħna lejn dawn l-affarijiet. Fortunatament jeżistu persuni li jistgħu jgħinuna inqumu fuq saqajna. U kultant trid tirkeb il-mewġa minflok ma titkisser ġo fiha.
Iżda hemm affarijiet li jistgħu jinbiddlu. Biex ikun hemm xaqq ta' tama, kultant jeħtieġ li nkunu kuraġġużi u nagħżlu dak li hu ġust, dak li jeħtieġ li jsir.
Mhux faċli. Iżda forsi l-providenza tagħżel lil dawk l-iktar qalbiena għall-ikbar sfidi.
Dal-Milied, nixtieq ngħid kuraġġ lil min qiegħed jiġġieled il-battalji tiegħu.