F'isem it-trasparenza u d-demokrazija, nemmen li t-tesserati u l-pubbliku għandhom dritt li jkunu mgħarfa dwar id-due diligence taż-żewġ kandidati u li jaraw dibattiti bejnithom.
Nittama li din tkun elezzjoni fejn tiġi rispettata l-intelliġenza ta' min ser jivvota. Fejn ikun hemm deliberazzjoni bejn ideat, stili, proposti u persunaġġi differenti, u mhux strateġiji sensazzjonalisti u distruttivi minn wara l-kwinti.