Dan hu proċess ta' demokrazija u deliberazzjoni, u mhux xi eżerċizzju mgħaġġel ta' rubberstamping ta' ejja ħa mmorru. Huwa proċess trasparenti u miftuħ, u mhux wieħed ta' xi klikka minn wara l-kwinti.
Il-proposti jixhdu demokrazija ħajja, kemm fl-organizazzjoni bottom-up, kif ukoll fil-valuri li jpoġġu l-persuna fiċ-ċentru tal-politika. Il-gender mainstreaming, id-demokrazija fuq livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, l-anti-diskriminazzjoni u l-ħarsien tal-ġid komuni huma kollha parti minn dan l-istatut. L-outreach soċjali u r-riċerka huma valoriżżati, u dan ifisser li minflok mal-Partit jippretendi li għandu xi monopolju fuq moħħok, huwa partit li jisma', li janaliżża biex jifhem lis-soċjeta' li qed ngħixu fiha sabiex jipproduċi politika verament tan-nies.
Din hi l-politika tal-perżważjoni u tad-djalogu. Politika li temmen fid-dinjita' tiegħek, u mhux li tikkunsidrak bħala numru. Politika li tivvaloriżża d-djalogu, u mhux tmewwitha.
Nistiednek taqra il-punti ewlenin ta' dan l-istatut minn dawn il-links: