Huwa ċar li hemm livell għoli ta' ansjeta' kaġun tal-Coronavirus.
Jista' jkun li hemm min qiegħed ibagħti iktar, minħabba li diġà isofri minn ansjeta', ossessjonijiet, dipressjoni jew kundizzjonijiet oħra li jaffetwaw is-saħħa mentali. Jista' jkun hemm min ibagħti minn mard jew kundizzjonijiet fiżiċi u allura għandu biża' li jista' jkun iktar fraġli fil-konfront tal-Coronavirus.
Kuraġġ. Teżisti l-għajnuna hemm barra. Hemm professjonisti fis-saħħa mentali li jistgħu ikunu ta' għajnuna kbira. Lesti jisimgħuk. M'intix waħdek. Jekk forsi tistħi jew tibża' tmur għand xi psikologu jew psikjatra forsi tista' tkellem lit-tabib tal-familja jew lil xi ħadd midħla ta' dan il-qasam u jkun hu li jtik parir għand min tmur.
Kuraġġ.