Il-Mument 17 ta' Dicembru 2017
Paradoss fi zmien il-Milied: Fost il-ferh u c-celebrazzjonijiet,
uhud ihossuhom wahidhom iktar minn qatt qabel.
Hemm min ihossu wahdu ghax m’ghandux ma min igawdi dan l-istagun
ferriehi. Hemm min hu wahdu minhabba ragunijiet ta’ sahha mentali
bhad-dipressjoni jew anzjeta’. U ezempji bhal dawn jistghu ikunu relatati ma’
xulxin.
Sfortunatament, suggetti bhas-sahha mentali u s-solitudni ma
tantx huma popolari fl-istampa. Dan mhux minhabba xi antipatjija lejn dawn
is-suggetti, izda minhabba li hemm suggetti ohra li huma iktar seducenti.
Izda jehtieg li dawk involuti b’xi mod jew iehor fil-politika
jew fil-media inkunu iktar alerti ghal realtajiet socjali inqas sensazzjonali
jew vizibli.
Per ezempju, huwa importanti li nifmhu li s-socjeta’ m’hijiex
maghmula biss minn dawk li naqraw dwarhom fil-gazetti jew fuq facebook. Hemm
bosta nies li jhossuhom wahedhom, li qed ibaghtu xi forma ta’ dipressjoni.
Dawn jistghu jinkludu penzjonanti godda li qed iduqu dinja gdida
u solitarja wara snin twal ta’ impjieg. Jistghu jinkludu barranin minghajr
familji jew hbieb. Persuni anzjuzi dwar bidliet li qed jghixu: fil-familja,
fis-sahha, fir-relazzjonijiet, fuq ix-xoghol u fis-socjeta’. Jistghu jinkludu
vittmi ta’ ibbulijar, sessizmu, razzizmu u forom varji ta’ disrkiminazzjoni. U
jistghu jinkludu persuni li sempliciment ihossuhom ‘strangieri’. Sahansitra jista’ jkun hemm ukoll persuni li
m’humiex konxji jew attrezzati biex jiffaccjaw kwistjonijiet ta’ sahha mentali.
Meta niddiskutu u nanalizzaw dawn ir-realtajiet, tajjeb li
ninnutaw li xi kultant anke persuni assocjati mal-poter jistghu ikunu dghajfa u
fragli: dawn jistghu jinkludu ukoll irgiel eterosesswali li paradossalment ihossuhom
iktar prekarji biex jitkellmu dwar is-sitwazzjoni taghhom.
Jehtieg li s-socjeta’ taghna tinfetah iktar f’din il-materja.
Hekk sar f’kwistjonijiet bhall-LGBTIQ: suggett li kien taboo socjali sar wiehed
prominenti fil-politika socjali.
Biex dan isir fl-oqsma tas-sahha
mentali u s-solitudni, il-politici, il-media u s-socjeta’ civli ghandhom
rwol ewlieni. Jehtieg ukoll li fil-qasam edukattiv ikun hemm iktar emfasi u
vizibilita’. Diga’ hemm min jahdem f’dawn l-oqsma: minn ghaqdiet bhall-Caritas
u Richmond Foundation sa l-mijiet ta’ counsellors, psikologi, psikjatri, social
workers u care workers li jahdmu minn wara l-kwinti.
Izda ikun tassew pass pozittiv jekk ikun hawn politika olistika
li tizgura governanza tajba f’dan is-settur. Il-kontribuzzjoni ta’ entitajiiet
pubblici, privati u l-volontarjat jistghu issahhu il-komunitajiet taghna.
Skejjel, kunsilli lokali, il-media socjali jistgu kollha jghinu sabiex
l-individwu ikun imharregg f’kas ta’ bzonn u sabiex is-socjeta’ tkun iktar
sensibbli ghal dawn ir-realtajiet.
Fl-akkademja, hemm bosta suggetti li jittrattaw dawn
il-kwistjonijet: dawn is-suggetti imorru lil’hinn mill-logika tas-suq, izda
huma importanti ferm ghas-sisien tas-socjeta’. Ricerka empirika tista’ toffri
l-evidenza neccessarja ghal-politika informata.
Ghalhekk, nappella sabiex il-hidma politika tikkunsidra ukoll
suggetti inqas sensazzjonali izda li kemm il-darba huma iktar vicin il-hajja
ta’ kuljum ta’ bosta nies: Fil-Milied ejjew nahsbu wkoll f’dawn li qed jghixu
s-solitudni u problemi ta’ sahha mentali.