Monday, March 10, 2014

Sena ta’ Gvern Laburista

Intlabt naghti kumment ghall-gazzetta it-Torca (9/3/14) dwar l-ewwel sena ta' Gvern Laburista. Wegibt hekk:

Sena ta’ Gvern Laburista, wara kwazi hamsa u ghoxrin sena ta’ Gvern Nazzjonalista…. Hemm min forsi kien qed jistenna l-mirkali f’din l-ewwel sena, specjalment wara li l-Partit Laburista bena politika ‘minghajr avversarji’ – dik ‘taghna lkoll’- li waslet ghal rebha elettorali fenomenali fl-2013. U hemm min jirraguna li fl-ewwel sena, il-Gvern gdid ghadu qed isib saqajh u ghalhekk hija xi haga naturali li jiehu decizzjonijiet tajbin u ohrajn inqas tajbin, forsi wkoll frott ta’ nuqqas ta’ esperjenza.

Dan huwa Gvern tal-politika tat-‘third way’ – il-politika li giet teorizata minn hassieba bhas-socjologu Anthony Giddens u mhaddma minn politici bhal Tony Blair. Din it-tip ta’ politika hija wahda prammatika li ghandha aspetti xellugin – bhat-twemmin fl-inkluzjoni socjali, u aspetti leminin, bhat-thaddin ta’ politika ekonomika neo-liberali. Imbaghad hemm aspetti li jippruvaw jirrikonciljaw il-gustizzja socjali mas-suq hieles.

Fil-fatt ,fl-ewwel sena ta’ Gvern Laburista f’Malta rajna kif ihares lejn l-ugwaljanza f’termini ta’ l-inkluzjoni socjali u drittijiet civili. Ghalhekk, il-Gvern qed jahdem biex idahhal l-unjoni civili bejn koppji ta’ l-istess sess – bl-istess drittijiet ta’ kopji mizzewga; ser idahhal childcare centres b’xejn ghal genituri li jahmdu jew jistudjaw; kif ukoll li jdahhal mizuri ta’ welfare li jinkoragixxu lil persuni biex jidhlu fid-dinja tax-xoghol u jzommu l-beneficcji socjali ghal medda ta’ snin.

F’dak li ghandu x’jaqsam mal-faqar u l-eskluzzjoni socjali, hija pozittiva li l-Gvern hareg green paper ghall-konsultazzjoni mas-socjeta’ civili, u hija pozittiva wkoll li l-Gvern qieghed jirikonoxxi li dawn ir-realtajiet ghandhom dimensjonijiet varji. Dan imur lil’hinn minn hsieb fossilizzat ta’ one-size-fits-all fil-politika socjali.

Rajna wkoll li l-Gvern qieghed jipprova jkun iktar inklussiv fis-settur edukattiv, billi, fost ohrajn, jirikonoxxi li hemm tfal li gejjin minn tipi differenti ta’ familji u kulturi.

Bosta policies f’dan ir-rigward ghadhom ma dahlux fis-sehh, izda kollox jindika li ser jiddahlu. Dan zgur ikun ta’ sodisfazzjon mhux biss ghal persuni involuti direttament f’dawn l-oqsma fil-hajja personali taghhom, izda wkoll ghal min jemmen f’socjeta’ iktar gusta u iktar inklussiva.

Min-naha l-ohra, rajna li l-Gvern Laburista wettaq bosta decizzjonijiet li jxeqilbu lejn in-neo-liberalizmu. Per ezempju qieghed inaqqas it-taxxa fuq id-dhul ghal min jaqla’ l-iktar. Din il-politika tista’ tidher sabiha u tista’ trebbah il-voti, izda tista’ twassal ghal riperkussjonijiet finanzjari li jheddu is-sostenibilita’ ta’ servizzi pubblici, li huma tant importanti biex nevitaw il-faqar u inugwaljanzi kbar.

Hawnhekk tidhol il-famuza kwistjoni tac-cittadinanza, fejn huma stmati li jidhlu xi Biljun Ewro fil-fondi pubbli. Ovjament, din hi somma kbira, izda wiehed irid joqghod attent li ma ggibx maghha infieq insostenibbli li jwassal ghal kollass finanzjarju hekk kif dan id-dhul jispicca. Biex ma nsemmux l-aspettattivi gholjin li jirrizultaw minn dan id-dhul, fejn korpi u gruppi differenti jibdew jaghmlu iktar pressjoni fuq il-Gvern ghal htigijiet settorjali taghhom.

Il-problema li ghandi jien b’dan kollu hu li pajjizna qed jiftah il-bibien ghal min jiflah ihallas, u jghalaqhom ghal min qieghed jahrab minn sitwazzjonijiet tragici f’pajjizi foqra. L-isfortuna ta’ dan kollu hu li dan kollu qed isir bil-barka tal-Kummisjoni Ewropea, li qed tersaq il-boghod minn mudell socjali u egalitarju.

Fil-qasam ambjentali jidher ukoll li l-Gvern Laburista qieghed jaghti priorita’ lill-interessi ta’ zviluppaturi u negozjanti kbar. Nassumi li l-ghan hu li ddur ir-rota ekonomika, izda dan ser jigi bi prezz gholi: prezz li diga’ rajna kemm jiswa taht Gvernijiet Nazzjonalisti li ghamlu ftit li xejn f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ sostenibilita’ ambjentali. Kemm nistghu nibqghu nibnu mega-progetti? U kemm nistghu nibqghu nahlu rizorsi bhall-ilma qisu xejn m’hu xejn?

Dwar l-energija, il-Gvern qieghed jimxi skond il-mandat tieghu favur uzu ta’ gass u b’mod prammatiku qieghed jipprivatizza parti mill-EneMalta. Il-mistoqsijiet tieghi f’dan ir-rigward huma jekk il-Gvern huwiex qed jghaggel wisq fil-politika tieghu – per ezempju f’dak li ghandu x’jaqsam mal-hazna tal-gass f’Marsaxlokk- u jekk il-Gvern huwiex ser jaghti priorita’ li jisthoq ghall-energija rinnovabbli. Din ta’ l-ahhar tista’ twassal ghal iktar sovranita’ fl-uzu ta’ l-energija f’Malta, specjalment jekk l-istat ikollu rwol ewlieni fil-qasam. Dipendenza fuq oligarkiji ta’ l-energija ghandha l-perikli taghha.

Qasam iehor li qed johloq kontroversja hu dak tal-hatriet f’karigi ewlenin fis-settur pubbliku. Filwaqt li nifhem u naqbel mal-kuncett li nies ta’ fiducja ghandhom ihaddnu twemmin simili ghal tal-partit fil-Gvern, u filwaqt li nirikonixxi li bosta nies li nhatru f’karigi ewlenin ghandhom il-kwalitajiet u l-kwalifici mehtiega ghar rwoli rispettivi taghhom, fl-istess hin nahseb li saru numru ta’ hatriet li m’humiex fuq bazi ta’ meritokrazija. Jidher li pajjizna – bhal pajjizi ohrajn fin-nofs in-nhar ta’ l-Ewropa, huwa mdorri bil-politika ta’ patrunagg.

Ghalhekk, jidher li dan il-Gvern ghandu pluralita’ ta’ dimensjonijiet u direzzjonijiet.

Nahseb fiz-zmien li gej ser tkun iktar cara li politika favur l-ugwaljanza ma’ tistax tinjora l-klassi socjali. Per ezempju, fil-kwistjoni tax-xoghol prekarju, x’ser jaghmel il-Gvern? Ser jintroduci ligijiet cari li ma jippermettux dan it-tip ta’ xoghol u li, per ezempju, jghollu l-paga minima, jew ser jaghmel kif jixtiequ l-ghaqdiet ta’ min ihaddem – jigifieri li jhalli s-suq isuq? Liema klassi socjali ser jappoggja l-Gvern?

Probabilment il-Gvern Laburista ser jibqa jahdem fl-isfond ta’ strategija ta’ politika minghajr avversararji, u jipprova jsib kompromessi f’kwistjonijiet li jaharqu. Izda din it-tip ta’ politika tista’ tahdem fuq medda ta’ snin? Rajna li fil-kaz ta’ Gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998, kien hemm impluzzjoni, fejn l-aspettativi kbar li holoq il-Partit ma setghux jintlahqu ghax kien hemm wisq kontradizzjonijiet. Min-naha l-ohra rajna li Gvernijiet Nazzjonalisti irnexxilhom jirrikonciljaw interessi differenti ghal bosta snin… .. Izda mhux ghal dejjem, bhal ma rajna fil-kwistjoni tad-divorzju.

Nemmen li fis-snin li gejjin nistghu naraw zewg toroq ghall-politika tal-Gvern Laburista.

L-ewwel li l-istrategija ta’ ‘taghna lkoll’ hija wahda mimlija kontradizzonijiet li ma jistghux jigu rikonciljati – u li ghalhekk sarfet biss f’rebha elettorali minghajr garanziji.

Jew, it-tieni, li l-Gvern Laburista ghandu strategija effettiva ta’ kif jirrikoncilja l-politika tieghu u li qed jibni egemonija, l-istess bhal m’ghamlu Partit Laburista fis-sebghinijiet u l-Partit Nazzjonalista ghal kwazi kwart ta’ seklu, fejn saru bidliet kbar fis-socjeta’ Maltija.

Nittama li jekk dan hu l-kaz, il-Gvern Laburista jaqbad triq li thares iktar lejn ix-xellug.