Sunday, April 28, 2019

In-nanniet jistħoqqilhom rikonoxximent - Michael Briguglio


 Forsi inti nanna jew nannu. Jew forsi zija jew ziju. Forsi inti kultant tieħu ħsieb lin-neputijiet tiegħek: ħidma emozzjonali u 'inviżibbli' li ma tidhirx fl-istatistika dwar il-prodott domestiku gross, iżda li għanja fil-valur soċjali, il-fiduċja u r-reċiproċità.



Forsi inti nanna jew nannu li tibbilanċja l-ħajja tal-familja max-xogħol, jew forsi tħossok waħdek fil-ħajja ta' kuljum tiegħek. Jista' jkun ukoll li għandek ħafna konnessjonijiet fis-soċjetà iżda għandek ftit aċċess għan-neputijiet tiegħek minkejja li tixtieq tqatta' ħin magħhom.



Bħala ġenitur, soċjologu u politiku nagħraf il-kontribut immens li n-nanniet jagħtu lill-għeżież tagħhom, u nħoss li għandu jsir aktar biex jiġi żgurat li d-dritt għal dan l-aċċess ikun imnaqqax fil-proċess tal-politika.



Nemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tiddedika jum lin-nanniet, hekk kif tagħmel għal gruppi oħrajn fis-soċjetà. Dan kieku jgħin biex jiżdied l-għarfien tad-drittijiet, ir-responsabbiltajiet, il-ħtiġijiet u x-xewqat tan-nanniet. Għax jistgħu jvarjaw fl-età, l-istatus ta' ħaddiema jew pensjonanti, is-saħħa, id-dħul, il-ġeneru, is-sitwazzjoni familjari u fatturi oħrajn.



B'rabta ma' dan nemmen ukoll li huma meħtieġa aktar studji soċjali xjentifiċi biex jiġu analizzati s-sitwazzjonijiet tal-ħajja ta' kuljum tan-nanniet. Jistgħu jitwettqu tipi differenti ta' studji u metodi ta' riċerka, minn kejl makro-statistiku għal mikroanaliżi ta' sitwazzjonijiet tal-ħajja reali. Studji bħal dawn jistgħu jipprovdu evidenza għal tfassil inklużiv ta' politika.



Qasam wieħed li jistħoqqlu jingħata prijorità hu l-aċċess tan-nanniet għan-neputijiet tagħhom u viċe versa. Dawn jistgħu jkunu mifrudin ġeografikament u jistgħu jkollhom jadattaw għall-imħabba mill-bogħod tagħhom. Jistgħu jkunu wkoll qrib ġeografikament iżda jkunu għaddejjin minn sfidi u limitazzjonijiet fil-familja tagħhom minkejja x-xewqat tagħhom. Forsi jkollhom bżonn ħiliet biex ikampaw u saħħa biex iħabbtu wiċċhom mas-sitwazzjonijiet ta' kuljum tagħhom.



Inċidentalment, is-sena l-oħra l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddikjarat li l-kunċett ta' drittijiet ta' aċċess jirreferi mhux biss għad-drittijiet ta' aċċess tal-ġenituri għat-tfal tagħhom, iżda wkoll għad-drittijiet ta' aċċess ta' persuni oħrajn li huwa importanti li t-tfal iżommu relazzjoni personali magħhom, fost oħrajn in-nanniet tat-tfal. Il-Qorti qalet li sabiex tiġi evitata l-adozzjoni ta' miżuri konfliġġenti minn qrati differenti, u fl-aħjar interessi tat-tfal, għandha tkun l-istess qorti - bħala regola ġenerali, il-qorti tar-residenza abitwali tat-tifel jew tifla - li tiddeċiedi dwar id-drittijiet ta' aċċess.



Jista' jkun hemm ukoll persuni li ma għandhomx neputijiet iżda li jixtiequ jgħinu lit-tfal - b'rabta ma' dan, proġetti interġenerazzjonali jistgħu jkunu ta' ġid. Il-kunsilli lokali u organizzazzjonijiet volontarji jistgħu jkunu intraprendituri soċjali ewlenin għal dan il-għan. Prattika bħal din tista' ssaħħaħ l-inklużjoni, il-koeżjoni, is-sikurezza u r-rabtiet fil-komunità.



Malta għandha x-xorti tajba li għandha l-organizzazzjoni volontarja 'Nanniet Malta', li qed tqajjem kuxjenza fuq id-drittijiet u l-ħtiġijiet ta' dan il-grupp soċjali wiesa'. Dan hu qasam fejn għandna nilħqu kunsens politiku. Ejjew niżguraw li d-drittijiet, ir-responsabbiltajiet, il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tan-nanniet jiġu rikonoxxuti mis-soċjetà.



 Dan l-artiklu deher fil-Mument, 28 ta' April 2019

Sunday, April 21, 2019

Is-solitudni fil-festi - Michael Briguglio

F’żmien il-festi għandi l-abitudni li nikteb dwar dawk li qed jesperjenzaw is-solitudni. Dan għax nara li l-paradoss urban ikun iktar emfassiżżat: Fost il-ferħ u ċ-ċelebrazzjonijiet, uħud iħossuhom waħidhom iktar minn qatt qabel.



Tista’ tkun żagħżugħa li qalb il-folol tħossha iktar waħidha. Anzjan magħluq bejn il-ħitan ta’ daru, jew nanna li m’għandiex aċċess għan-neputijiet. Jista’ jkun ġenitur waqt it-tbatija ta’ separazzjoni, jew refuġjat li jagħmel l-almu tiegħu biex jintegra. Jew saħansitra tifel jew tifla bla ħbieb.



Dawn jistgħu jinkludu ukoll pensjonanti ġodda li qed iduqu dinja ġdida u solitarja wara snin twal ta’ impjieg. Jistghu jinkludu persuni li qed jgħixu l-faqar u  barranin minghajr familji jew ħbieb. Persuni anzjuzi dwar bidliet li qed jghixu: fil-familja, fis-saħħa, fir-relazzjonijiet, fuq ix-xogħol u fis-soċjeta’ ta’ madwarhom. Jistgħu jinkludu vittmi ta’ ibbulijar, sessiżmu, razziżmu u forom varji ta’ disrkiminazzjoni. U jistghu jinkludu persuni li sempliċiment iħossuhom ‘stranġieri’.  Saħansitra jista’ jkun hemm ukoll persuni li m’humiex konxji jew attrezzati biex jiffaċċjaw kwistjonijiet ta’ saħħa mentali.



Hemm min iħossu waħdu għax m’għandux ma min igawdi l-festi. Hemm min hu waħdu minħabba raġunijiet ta’ saħħa mentali bħad-dipressjoni jew anzjeta’. U eżempji bħal dawn jistghu ikunu relatati ma’ xulxin.



Huwa importanti li nifmhu li s-soċjeta’ m’hijiex magħmula biss minn dawk li naqraw dwarhom fil-gażetti jew fuq facebook.



Meta niddiskutu u nanaliżżaw dawn ir-realtajiet, tajjeb li ninnutaw li xi kultant anke persuni assoċjati mal-poter jistgħu ikunu dgħajfa u fraġli.   Jeħtieg li s-soċjeta’ tagħna tinfetaħ iktar f’din il-materja. Hekk sar f’kwistjonijiet bħall-LGBTIQ: suġġett li kien taboo soċjali sar wieħed prominenti fil-politika soċjali.



Il-politiċi, il-media u s-soċjeta’ ċivili għandhom rwol ewlieni biex iwassslu għarfien dwar din il-materja. Jeħtieġ ukoll li fil-qasam edukattiv ikun hemm iktar emfasi u vizibilita’. Diġa’ hemm min jaħdem f’dawn l-oqsma: minn għaqdiet bhall-Caritas u Richmond Foundation sa l-mijiet ta’ counsellors, psikologi, psikjatri, social workers u care workers li jaħdmu mingħajr trombi minn wara l-kwinti.  



Iżda nerġa nisħaq li jkun tassew pass pożittiv jekk ikun hawn politika nazzjonali olistika li tiżgura governanza tajba f’dan is-settur. Il-kontribuzzjoni ta’ entitajiiet pubbliċi, privati u l-volontarjat jistgħu issaħħu l-komunitajiet. Skejjel u kunsilli lokali għandhom ikollhm l-għodda u r-riżorsi neċessarju biex ikunu protagonisti, sabiex il-persuna tkun imħarrġġa f’kas ta’ bżonn u sabiex is-soċjeta’ tkun iktar sensibbli għal dawn ir-realtajiet.



Fl-akkademja, hemm bosta suġġetti li jittrattaw dawn il-kwistjonijet: dawn is-suġġetti imorru lil’hinn mill-loġika tas-suq, iżda huma importanti ferm ghas-sisien tas-socjeta’. Riċerka empirika tista’ toffri l-evidenza neċċessarja għal politika informata.



Għalhekk, nerġa nappella sabiex ilidma politika tikkunsidra ukoll materji inqas sensazzjonali iżda li kemm il-darba jeżistu fil-hajja ta’ kuljum ta’ bosta nies.

Dan l-artiklu deher fil-Mument, 21 ta' April 2019



Sunday, April 14, 2019

Il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji għandu jkollu r-riżorsi li jeħtieġ – Michael Briguglio


L-organizzazzjonijiet volontarji huma pilastru importanti tad-demokrazija u s-soċjetà ċivili. Fost dawn hemm organizzazzjonijiet involuti fl-assistenza soċjali għal persuni fil-bżonn, karitajiet, organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-oqsma ambjentali u soċjali, assoċjazzjonijiet kulturali u sportivi, u oħrajn.

Meta dan is-settur ġie regolat uffiċjalment fl-2007 wara d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, ħafna organizzazzjonijiet volontarji laqgħu din ir-riforma li tathom l-opportunità li jingħataw għarfien formali u b’hekk ikunu jistgħu jkunu aktar effettivi fil-ġbir ta’ fondi, fi proġetti, inizjattivi u attivitajiet oħrajn, kif ukoll li jkunu jistgħu jgawdu minn finanzjament mill-istat u mill-UE.

Fl-istess waqt, xi wħud urew tħassib li l-istituzzjonalizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet volontarji tista’ twassal għal dipendenza żejda fuq il-gvern akkost tal-indipendenza tagħhom. Madankollu, is-sentiment ġenerali qalb bosta organizzazzjonijiet mhux governattivi kien li jkun aħjar li jirreġistraw rwieħhom, u b’hekk intweriet fiduċja fil-kontrolli demokratiċi ta’ Malta. Bħalissa, huma rreġistrati 1,300 organizzazzjoni mal-Kummissjoni.

Tnax-il sena wara, is-soċjetà ċivili għandha rwol ħaj u viżibbli fis-soċjetà Maltija. Fl-istess waqt, madankollu, il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji qed iħabbat wiċċu ma’ sfidi li jeħtieġ li jiġu indirizzati.

Il-Kummissjoni teħtieġ aktar riżorsi f’dak li jirrigwarda persunal u fondi biex tkun tista’ taġixxi b’mod aktar effettiv biex tgħin lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u twettaq monitoraġġ tagħhom.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni stess għandha bżonn aktar setgħa biex taqdi r-rwol tagħha.

Pereżempju, il-Kummissarju Kenneth Wain, qabel ma ntemm il-perjodu tiegħu fil-kariga, kien ikkritika mingħajr suċċess in-nuqqas ta’ ħarsien tal-liġi mill-Ministeru għal Għawdex fil-finanzjament tiegħu ta’ organizzazzjonijiet li ma kinux irreġistrati b’mod korrett jew ma kinux konformi mal-leġiżlazzjoni.

Aktar reċentement, il-Kummissarju attwali Anthony Abela Medici appella mingħajr suċċess lil bank biex dan ma jqiegħedx piżijiet sproporzjonati fuq organizzazzjonijiet bħal dawn.

Ir-rapport reċenti mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Verifika (NAO) huwa saħansitra indikazzjoni akbar ta’ dan il-bżonn ta’ aktar setgħat. Dan jiddikjara li l-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji ma jistax jaċċerta kemm qed jinġabru flus mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u kif dawn il-flus qiegħdin jintużaw. Dan joħloq riskji possibbli b’rabta mal-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa – xi ħaġa li diġà kien saħaq dwarha Kenneth Wain tul il-mandat tiegħu.

L-NAO qal li mhuwiex possibbli li jkun magħruf kemm jeżistu organizzazzjonijiet mhux reġistrati, avolja l-bidliet leġiżlattivi introdotti f’Novembru li għadda jobbligawhom kollha jirreġistraw. Barra minn hekk, ma tistax issir ir-riċerka meħtieġa sakemm l-Uffiċċju tal-Kummissarju ma jkollux ir-riżorsi li għandu bżonn biex iwettaqha.

Għaldaqstant is-sitwazzjoni ta’ bħalissa hija waħda li tippermetti li organizzazzjonijiet li jkunu biss faċċata jaħdmu lil hinn mill-għanijiet iddikjarati tagħhom. Fl-istess waqt, madankollu, għandna niftakru li ħafna organizzazzjonijiet għandhom għanijiet ġenwini: dawn ivarjaw mill-NGOs kbar u professjonalizzati għall-gruppi iċken li huma aktar fluwidi fl-attivitajiet tagħhom.

Il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji għandu jingħata r-riżorsi meħtieġa biex jaqdi r-rwol tiegħu bħala faċilitatur tas-soċjetà ċivili. Id-demokrazija tissaħħaħ dejjem aktar meta l-organizzazzjonijiet volontarji jikbru u jirnexxu.

Dan l-artiklu deher fil-Mument, 14 ta' April 2019
 

Tuesday, April 09, 2019

What is the point of having a watchdog like the Commissioner for Voluntary Organisations that cannot effectively operate? - Michael Briguglio

Voluntary organisations constitute an important pillar of democracy and civil society. When this sector was officially regulated in 2007 following Malta’s EU accession, many voluntary organisations welcomed this reform to gain formal recognition and thus be able to be more effective in fundraising, pro-jects, initiatives and other operations, as well as to be able to benefit from state and EU funding.

At the same time some expressed concern that the institutionalisation of voluntary organisations may lead to over-dependence on the government at the expense of independence. However, the general feeling among many NGOs was that it was better to enrol, thus showing trust in Malta’s democratic checks and balances. Currently 1,300 organisations are enrolled with the Commission.

Fast forward 12 years and civil society has a vivid and visible role in Maltese society. At the same time, however, the Commissioner for Voluntary Organisations faces challenges that need to be addressed.

The Commission needs more resources in terms of staff and funds to be able to act more effectively in assisting and monitoring NGOs.

In addition, the Commission itself needs to have more authority to fulfil its role.

For example, outgoing Commissioner Kenneth Wain had unsuccessfully criticised the Ministry for Gozo’s disregard of the law in its funding to organisations, which were not properly enrolled or compliant with legislation.

More recently, current Commissioner Anthony Abela Medici unsuccessfully appealed to a bank not to put disproportionate burdens on such organisations.

Even more telling is the recent report by the National Audit Office which states that the Commissioner for Voluntary Organisations is unable to ascertain how much money is being raised by NGOs or how it is being used. This has possible risks in relation to money laundering and tax evasion – something which had already been highlighted by Kenneth Wain during his tenure.

The NAO said that it is not possible to know how many non-registered organisations exist, even though legislative changes introduced last November oblige all of them to enrol. Besides, due diligence cannot properly take place unless the Office of the Commissioner is properly equipped to do so.

Hence the current situation is one where some front organisations may be operating beyond their intended aims. At the same time however, one should keep in mind that many organisations have genuine aims. These vary from the large professionalised NGOs to the smaller groups which are more fluid in their activities.

The Commissioner for Voluntary Organisations should be properly equipped to perform his role as a facilitator of civil society. Democracy is all the richer when voluntary organisations flourish.
Question Time - Times of Malta - April 6 2019
https://www.timesofmalta.com/articles/view/20190406/opinion/question-time-the-voluntary-sector.706567

Sunday, April 07, 2019

It-tbatija marbuta mal-kera għandha tiġi indirizzata – Michael Briguglio


Ftit jiem ilu ċempilli pensjonant ta’ 80 sena. Kien inkwetat dwar l-impatt ta’ emendi legali b’rabta mal-kera, li ser jirriżultaw f’żieda qawwija fl-ammont li jħallas kull sena, minn 300 euro għal 1,500 euro.

Hemm ħafna persuni oħra li jinsabu f’din is-sitwazzjoni, u mhux ta’ b’xejn li qed jiżdiedu l-iżgumbramenti. Ir-riformi legali f’Malta, li xi wħud minnhom kienu wkoll soġġetti għal deċiżjonijiet mill-Qorti Kostituzzjonali u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, daħlu fis-seħħ is-sajf li għadda.

B’konsegwenza ta’ dan, is-sidien ta’ proprjetajiet soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-liġi l-qadima tal-kera jistgħu jressqu talba biex il-Bord tal-Kera jittestja l-kapaċità ta’ dawk li qed jikru l-proprjetà mingħandhom li jħallsu l-kera. Jekk jinstab li dawn ma jkollhomx il-mezzi u biżżejjed riżorsi biex isibu akkomodazzjoni alternattiva, huma jkollhom id-dritt li jkomplu jgħixu fil-proprjetà, bil-kundizzjoni li jibdew iħallsu lis-sidien sa tnejn fil-mija ta’ kemm ikun il-valur tas-suq tal-proprjetà fl-1 ta’ Jannar tas-sena meta ssir it-talba, kif ukoll kundizzjonijiet oħrajn li jista’ jiddetermina l-bord. Jekk it-test tar-riżorsi finanzjarji tal-persuni li jikru jistabbilixxi li dawn ikollhom biżżejjed riżorsi, l-emendi l-ġodda ma japplikawx u huma jkollhom iħallsu d-doppju tal-kera u jitilqu mill-post fi żmien ħames snin.

Dan qiegħed iwassal għal sfidi ta’ politika soċjali. Minn naħa, huwa ġust li s-sidien tal-proprjetà jaqilgħu l-prezz ġust tas-suq għall-kera. U xi sidien ta’ proprjetà stess ma għandhomx dħul għoli. Iċ-ċifri tal-gvern irrapportati fil-mezzi tax-xandir urew li d-dħul mill-kera żdied minn €36.9 miljun fl-2014 għal €85.8 miljun fl-2017. 15.4% minn dan l-ammont mar għand in-nofs li jaqla’ inqas f’Malta, fejn fl-2011 kien biss 6.1%.

Iżda, min-naħa l-oħra, huwa ċar li bosta sempliċiment ma jifilħux għall-prezzijiet li qiegħdin jintalbu. Fost dawn hemm mhux biss l-anzjani li kienu jgawdu mil-liġijiet il-qodma tal-kera, iżda wkoll oħrajn bħal dawk ta’ età iżgħar li qed jiġu mbuttati ‘l barra mis-suq tal-kera u qed ikollhom jgħixu mal-ġenituri tagħhom għax ma jistgħux jagħmlu mod ieħor. Id-domanda akbar għall-proprjetà b’riżultat tal-importazzjoni ta’ eluf ta’ ħaddiema qiegħda tikkontribwixxi għal prezzijiet li ħafna ma jlaħħqux magħhom.

Sadanittant, il-gvern naqas milli jipprovdi akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar snin, u l-lista ta’ persuni li jeħtieġu dan is-servizz jidher li hija ikbar minn dak li l-gvern qiegħed iwiegħed li ser jipprovdi ladarba eventwalment jibni unitajiet ta’ akkomodazzjoni għal dan il-għan.

Fl-istess waqt, madankollu, it-taxxa fissa fuq id-dħul mill-kera introdotta fl-2014 ġabret €84 miljun f’erba’ snin. Fl-2017, l-aħħar sena sħiħa tat-taxxa, il-gvern daħħal €37.4 miljun minn din it-taxxa.

Tqum mistoqsija loġika: il-gvern ma jistax iwarrab parti minn dan id-dħul biex jgħin lill-persuni li ġenwinament ma jistgħux ilaħħqu mal-prezzijiet tal-kera?

Il-ġustizzja soċjali titlob ġustizzja kemm għas-sidien tal-proprjetà kif ukoll għal dawk li jikru mingħandhom. Meta bosta persuni li jikru qiegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ tbatija, wasal iż-żmien biex jintlaħaq kunsens politiku biex naċċertaw li Malta tevita l-faqar fl-akkomodazzjoni.


Dan l-artiklu deher fil-Mument, 7 ta' April 2019

Thursday, April 04, 2019

Rent hardships should be addressed – Michael Briguglio

The other day an 80-year-old pensioner phoned me. He was worried about the impact of legal amendments addressing rent, which will result in a hefty increase of the annual amount he pays, from 300 Euro to 1,500 Euro.
There are many other persons in this situation, and it is no wonder that evictions are on the increase. Malta’s legal reforms, some of which had also been subject to decisions by the Constitutional Court and the European Court of Human Rights, came into effect last Summer.
Consequently, owners of properties subject to old rental law provisions can file a request for tenants to be means tested at the Rental Board. If the latter are found to not have the means and sufficient resources to find alternative accommodation, they will be entitled to continue residing at the property, provided that they start paying the owners up to two per cent of the property’s market value at January 1 of the year in which the request was made, as well as other conditions the board may set. If the means test established that the tenants had sufficient resources, the new amendments would not apply and the tenants would have to pay double the rent and move out in five years’ time.
This is resulting in a social policy quandry. On the one hand it is only fair that owners of property get a fair market price for rent. And some property owners are themselves not high income earners. Government figures reported in the press show that income from rents increased from €36.9m in 2014 to €85.8m in 2017. 15.4% of this went to the bottom 50% of earners in Malta, up from 6.1% in 2011.
But on the other hand, it is clear that many people simply cannot afford the prices being demanded. These include not only elderly persons who were benefitting from the old rent laws, but also others such as younger age cohorts who are being pushed out of the rent market and are having to live with their parents as they cannot afford otherwise. The increased demand for property resulting from the importation of thousands of workers is contributing to unaffordable prices.
In the meantime, government has failed to provide social housing in the past years, and the queue of persons in need of this service seems to be bigger than what government is promising to supply once it eventually builds housing units for this purpose.
In the meantime, however, that the  flat tax on rental income introduced in 2014 has collected €84 million in four years. In 2017, the last full tax year, the government earned €37.4 million from this tax.
A logical question comes up: Cannot government ring-fence a percentage of such revenue to assist persons who genuinely cannot afford rent?
Social justice demands fairness for both property owners and tenants. With many persons in the latter category facing hardship, it is time for political consensus to ensure that Malta avoids housing poverty.

This article appeared in The Malta Independent, 3 April 2019